+Artikolu 20 Delega
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.
---+Artikolu 20 3a.
---+Artikolu 20 4.
---+Artikolu 20 5.
---+Artikolu 20 6.
---+Artikolu 20 6a.
---+Artikolu 20 7.

Artikolu 20 Delega

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 20 1.

►M9  L-AIFMs, li jkollhom l-intenzjoni li jiddelegaw lil partijiet terzi l-kompitu li jwettqu, f’isimhom, waħda jew aktar mill-funzjonijiet imsemmija fl-Anness I jew tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 6(4), għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom qabel ma l-arranġamenti tad-delega jsiru effettivi. Il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu ssodisfati: ◄

(a) 

l-AIFM jrid ikun jista’ jiġġustifika l-istruttura ta’ delega kollha kemm hi tiegħu b’raġunijiet oġġettivi;

(b) 

id-delegat jrid ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu biżżejjed riżorsi biex iwettaq il-kompiti rispettivi u l-persuni li effettivament jiżvolġu n-negozju tad-delegat jrid ikollhom reputazzjoni tajba biżżejjed u biżżejjed esperjenza;

(c) 

meta d-delega tikkonċerna l-immaniġġar tal-portafolji jew l-immaniġġar tar-riskji, din għandha tingħata biss lill-impriżi li huma awtorizzati jew reġistrati għall-iskop ta’ mmaniġġar ta’ assi u suġġett għal superviżjoni jew, fejn dik il-kundizzjoni ma tistax tkun sodisfatta, suġġett għall-approvazzjoni minn qabel biss mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM;

(d) 

meta d-delega tikkonċerna l-immaniġġar tal-portafolji jew l-immaniġġar tar-riskji, din għandha tingħata biss lill-impriża ta’ pajjiż terz, minbarra r-rekwiżiti fil-punt (c), għandha tiġi żgurata l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM u l-awtorità superviżorja tal-impriża;

(e) 

id-delega ma għandhiex tipprevjeni l-effikaċja tas-superviżjoni tal-AIFM, u partikolarment ma tridx tipprevjeni lill-AIFM milli jaġixxi, jew lill-AIF milli tiġi mmaniġġata, fl-aħjar interessi tal-investituri tiegħu;

▼M9

(f) 

l-AIFM irid ikun jista’ juri li d-delegat huwa kwalifikat u kapaċi jeżegwixxi l-funzjonijiet u jipprovdi s-servizzi kkonċernati, li ntgħażel bl-attenzjoni dovuta kollha u li l-AIFM huwa f’pożizzjoni li jissorvelja b’mod effettiv u fi kwalunkwe ħin l-attività ddelegata, li jagħti fi kwalunkwe ħin istruzzjonijiet ulterjuri lid-delegat u li jirtira d-delega b’effett immedjat meta, biex dan iseħħ, irid ikun fl-interess tal-investituri.

▼B

L-AIFM għandu jirrieżamina s-servizzi pprovduti minn kull delegat fuq bażi kontinwa.

Artikolu 20 2.

L-ebda delega ta’ mmaniġġar ta’ portafolji jew immaniġġar ta’ riskji ma għandha tingħata:

(a) 

lid-depożitarju jew lil delegat tad-depożitarju, jew

(b) 

kwalunkwe entità oħra li l-interessi tagħha jistgħu jkunu f’kunflitt ma’ dawk tal-AIFM jew l-investituri tal-AIF, sakemm din l-entità tkun isseparat funzjonalment u ġerarkikament l-eżekuzzjoni tal-kompiti tagħha ta’ mmaniġġar ta’ portafolji u mmaniġġar tar-riskji minn kompiti oħra li potenzjalment jistgħu jkunu ta’ kunflitt, u l-kunflitti ta’ interess potenzjali jiġu identifikati, immaniġġati, sorveljati u żvelati kif jixraq lill-investituri tal-AIF.

Artikolu 20 3.
Ir-responsabbiltà tal-AIFM lejn il-klijenti tiegħu, l-AIF u l-investituri tiegħu ma għandhiex tiġi affettwata mill-fatt li l-AIFM ikun iddelega l-funzjonijiet jew is-servizzi tiegħu lil parti terza, jew minn kwalunkwe sottodelega ulterjuri. L-AIFM ma għandux jiddelega l-funzjonijiet jew is-servizzi sa fejn, essenzjalment, ma jkunx jista’ jibqa’ jitqies bħala l-maniġer tal-AIF jew il-fornitur tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 6(4) u sa fejn isir entità li sservi biss bħala kaxxa tal-ittri.
Artikolu 20 3a.
L-AIFM għandu jiżgura li t-twettiq tal-funzjonijiet imsemmija fl-Anness I u l-għoti tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 6(4) jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Dak l-obbligu għandu japplika irrispettivament mill-istatus regolatorju jew mill-post fejn jinsab kwalunkwe delegat jew sottodelegat.
Artikolu 20 4.

►M9  Il-parti terza tista’ tissottodelega kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet jew servizzi delegati lilha sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin: ◄

(a) 

l-AIFM ikun ta l-kunsens tiegħu qabel is-sottodelega;

(b) 

l-AIFM ikun innotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu qabel ma jsiru effettivi l-arranġamenti ta’ sottodelega;

(c) 

il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1, sakemm jinftiehem li r-referenzi kollha għad-“delegat” jinqraw bħala referenza għas-“sottodelegat”.

Artikolu 20 5.

L-ebda sottodelega ta’ mmaniġġar ta’ portafolji jew immaniġġar ta’ riskji ma għandha tingħata:

(a) 

lid-depożitarju jew lil delegat tad-depożitarju; jew

(b) 

kwalunkwe entità oħra li l-interessi tagħha jistgħu jkunu f’kunflitt ma’ dawk tal-AIFM jew l-investituri tal-AIF, sakemm din l-entità tkun isseparat funzjonalment u ġerarkikament l-eżekuzzjoni tal-kompiti tagħha ta’ mmaniġġar ta’ portafolji u mmaniġġar tar-riskji minn kompiti oħra li potenzjalment jistgħu jkunu ta’ kunflitt, u l-kunflitti ta’ interess potenzjali jiġu identifikati, immaniġġati, sorveljati u żvelati kif jixraq lill-investituri tal-AIF.

Id-delegat rilevanti għandu jirrieżamina s-servizzi pprovduti minn kull sottodelegat fuq bażi kontinwa.

Artikolu 20 6.
Fejn is-sottodelegat jiddelega b’mod ulterjuri kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet jew servizzi ddelegati lilu, għandhom japplikaw mutatis mutandis il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4.
Artikolu 20 6a.
B’deroga mill-paragrafi 1 sa 6 ta’ dan l-Artikolu, meta l-funzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Anness I, il-punt 2(b), titwettaq minn distributur wieħed jew diversi, li jkunu qed jaġixxu f’isimhom stess u li jikkummerċjalizzaw l-AIF f’konformità mad-Direttiva 2014/65/UE jew permezz ta’ prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 21 ), tali funzjoni ma għandhiex titqies bħala delega soġġetta għar-rekwiżiti tal-paragrafi 1 sa 6 ta’ dan l-Artikolu irrispettivament minn kwalunkwe ftehim ta’ distribuzzjoni bejn l-AIFM u d-distributur.
Artikolu 20 7.

Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, miżuri li jispeċifikaw:

(a) 

il-kundizzjonijiet biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1, 2, 4 u 5;

(b) 

il-kundizzjonijiet skont liema l-AIFM għandu jiġi meqjus li ikun iddelega l-funzjonijiet tiegħu safejn isir entità li sservi biss bħala kaxxa tal-ittri u ma jkunx jista’ jibqa’ jitqies bħala l-maniġer tal-AIF kif stabbilit fil-paragrafu 3.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.