B’deroga mill-paragrafi 1 sa 6 ta’ dan l-Artikolu, meta l-funzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Anness I, il-punt 2(b), titwettaq minn distributur wieħed jew diversi, li jkunu qed jaġixxu f’isimhom stess u li jikkummerċjalizzaw l-AIF f’konformità mad-Direttiva 2014/65/UE jew permezz ta’ prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
21
), tali funzjoni ma għandhiex titqies bħala delega soġġetta għar-rekwiżiti tal-paragrafi 1 sa 6 ta’ dan l-Artikolu irrispettivament minn kwalunkwe ftehim ta’ distribuzzjoni bejn l-AIFM u d-distributur.