|
+Artikolu 21 5a. |
Artikolu 21 5a.B’deroga mill-paragrafu 5, il-punt (a), l-Istat Membru ta’ domiċilju ta’ AIF tal-UE jista’ jagħti l-permess lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu biex jippermettu li istituzzjoni msemmija fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), u stabbilita fi Stat Membru ieħor, tinħatar bħala depożitarju sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-awtoritajiet kompetenti jkunu rċevew talba motivata mill-AIFM biex jippermettu l-ħatra ta’ depożitarju stabbilit fi Stat Membru ieħor u dik it-talba turi n-nuqqas ta’ servizzi depożitarji fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIF li jkunu kapaċi jissodisfaw b’mod effettiv il-ħtiġijiet tal-AIF b’kont meħud tal-istrateġija ta’ investiment tiegħu; u
(b)
l-ammont aggregat fis-suq tad-depożitarju nazzjonali tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIF tal-assi fdati għall-kustodja, kif imsemmi fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu, f’isem l-AIFs tal-UE awtorizzati jew irreġistrati skont il-liġi nazzjonali applikabbli skont l-Artikolu 4(1), il-punt (k)(i), u mmaniġġati minn AIFM tal-UE, ma jaqbiżx il-EUR 50 biljun jew l-ekwivalenti fi kwalunkwe munita oħra. L-assi fdati għall-kustodja minn depożitarji li jaġixxu skont l-Artikolu 36(1), il-punt (a), u l-assi proprji tad-depożitarji ma għandhomx jitqiesu għall-fini li jiġi ddeterminat jekk il-kundizzjoni stabbilita fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ta’ dan il-paragrafu hijiex issodisfata. Minkejja l-issodisfar tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu biss il-ħatra ta’ depożitarju stabbilit fi Stat Membru ieħor wara li jwettqu valutazzjoni ta’ każ b’każ tan-nuqqas ta’ servizzi depożitarji rilevanti fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIF b’kont meħud tal-istrateġija ta’ investiment tal-AIF. Meta l-awtoritajiet kompetenti jippermettu l-ħatra ta’ depożitarju stabbilit fi Stat Membru ieħor, huma għandhom jinfurmaw lill-AETS b’dan. Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-paragrafi l-oħra ta’ dan l-Artikolu, bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 5, il-punt (a). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|