+Artikolu 25 Użu tal-informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti, kooperazzjoni superviżorja u limiti għal-livell tal-leverage
---+Artikolu 25 1.
---+Artikolu 25 2.
---+Artikolu 25 3.
---+Artikolu 25 4.
---+Artikolu 25 5.
---+Artikolu 25 6.
---+Artikolu 25 7.
---+Artikolu 25 8.
---+Artikolu 25 9.
|
Artikolu 25 Użu tal-informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti, kooperazzjoni superviżorja u limiti għal-livell tal-leverage
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 25 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM jużaw l-informazzjoni li trid tinġabar skont l-Artikolu 24 għall-finijet tal-identifikazzjoni tal-punt safejn l-użu tal-leverage jikkontribwixxi għall-akkumulu ta’ riskju sistemiku fis-sistema finanzjarja, riskji ta’ swieq diżordinati jew riskji għat-tkabbir fit-tul tal-ekonomija.
|
|
Artikolu 25 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kollha miġbura skont l-Artikolu 24 fir-rigward tal-AIFMs kollha li huma jissorveljaw u l-informazzjoni miġbura skont l-Artikolu 7 ssir disponibbli għal awtoritajiet kompetenti rilevanti oħra, l-AETS, l-ABE, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
24
) (magħrufa kollettivament bħala l-“Awtoritajiet Superviżorji Ewropej” jew “ASE”) u l-BERS, kull meta jkun meħtieġ għall-fini li jitwettqu l-kompiti tagħhom, permezz tal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 50. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kollha miġbura skont l-Artikolu 24 fir-rigward tal-AIFMs kollha li huma jissorveljaw issir disponibbli, għal finijiet ta’ statistika biss, lis-SEBĊ, permezz tal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 50. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM għandhom, mingħajr dewmien, jipprovdu informazzjoni permezz tal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 50, u bilateralment lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra direttament ikkonċernati, jekk AIFM taħt ir-responsabbiltà tagħhom, jew AIF immaniġġat minn dak l-AIFM, jista’ potenzjalment jikkostitwixxi sors importanti ta’ riskju tal-kontroparti għal istituzzjoni ta’ kreditu jew istituzzjonijiet oħra sistemikament rilevanti fi Stati Membri oħra, jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fi Stat Membru ieħor.
|
|
Artikolu 25 3.
|
L-AIFM għandu juri li l-limiti għal-leverage għal kull AIF li jimmaniġġa huma raġonevoli u li jikkonforma ma’ dawk il-limiti stabbiliti minnu, f’kull ħin. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir-riskji li jista’ jkollu l-użu tal-leverage minn AIFM fir-rigward tal-AIFs li jimmaniġġa u meta jitqies li hu meħtieġ sabiex tiġi ggarantita l-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM, wara li jkunu nnotifikaw lill-AETS, lill-BERS u, lill-awtoritajiet kompetenti tal-AIF rilevanti, għandhom jimponu limiti fuq il-livell tal-leverage li AIFM ikun intitolat li juża jew restrizzjonijiet oħrajn fuq l-immaniġġar tal-AIF fir-rigward tal-AIF li qed jimmaniġġa sabiex jiġi limitat il-punt sa fejn l-użu tal-leverage finanzjarju jikkontribwixxi għall-akkumulu ta’ riskju sistemiku fis-sistema finanzjarja jew riskji ta’ swieq diżordinati. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM għandhom jinfurmaw kif dovut lill-AETS, l-BERS u, lill-awtoritajiet kompetenti tal-AIF, dwar l-azzjonijiet li ttieħdu f’dan ir-rigward, permezz tal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 50.
|
|
Artikolu 25 4.
|
In-notifika msemmija fil-paragrafu 3 għandha ssir mhux inqas minn għaxart ijiem tax-xogħol qabel ma jkun maħsub li l-miżura proposta tidħol fis-seħħ jew tiġġedded. In-notifika għandha tinkludi d-dettalji tal-miżuri proposta, ir-raġunijiet għall-miżura u meta jkun maħsub li l-miżura tidħol fis-seħħ. F’ċirkustanzi eċċezzjonali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM jistgħu jiddeċiedu li l-miżura proposta tidħol fis-seħħ fiż-żmien tal-perijodu mesmmi fl-ewwel sentenza.
|
|
Artikolu 25 5.
|
L-AETS għandha twettaq rwol ta’ faċilitazzjoni u kkoordinazzjoni, u b’mod partikulari, tipprova tiżgura li jittieħed approċċ konsistenti mill-awtoritajiet kompetenti, fir-rigward tal-miżuri proposti mill-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 3.
|
|
Artikolu 25 6.
|
Wara li tirċievi n-notifika msemmija fil-paragrafu 3, l-AETS għandha toħroġ parir lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM dwar il-miżura li qed tiġi proposta jew li tkun ittieħdet. Il-parir jista’ jindirizza, b’mod partikulari, jekk jidhirx li l-kundizzjonijiet biex tittieħed azzjoni humiex qed jiġu sodisfatti, jekk il-miżuri humiex xierqa u t-tul tal-miżuri.
|
|
Artikolu 25 7.
|
Fuq il-bażi tal-informazzjoni li tirċievi skont il-paragrafu 2, u wara li tqis kwalunkwe parir tal-BERS, l-AETS tista’ tikkonstata li l-leverage finanzjarju użat minn AIFM, jew minn grupp ta’ AIFM, hu riskju sostanzjali għall-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja u tista’ toħroġ parir lill-awtoritajiet kompetenti li jispeċifika l-miżuri ta’ rimedju li għandhom jittieħdu, inklużi limiti għal-livell tal-leverage finanzjarju li dik l-AIFM, jew dak il-grupp ta’ AIFMs, ikunu intitolati li jużaw. L-AETS għandha tinforma minnufih lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, lill-BERS u lill-Kummissjoni dwar kull konstatazzjoni ta’ dan it-tip.
|
|
Artikolu 25 8.
|
Jekk awtorità kompetenti tipproponi li tieħu azzjoni li tmur kontra l-parir tal-AETS imsemmi fil-paragrafi 6 jew 7, għandha tinforma lill-AETS, waqt li tiddikjara r-raġunijiet tagħha. L-AETS tista’ tippubblika l-fatt li awtorità kompetenti ma tikkonformax jew mhix bi ħsiebha tikkonforma mal-parir tagħha. L-AETS tista’ tiddeċiedi wkoll, skont il-każ individwali, li tippublika r-raġunijiet mogħtija mill-awtorità kompetenti biex ma tikkonformax mal-parir tagħha. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jirċieva preavviż dwar tali publikazzjoni.
|
|
Artikolu 25 9.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, miżuri li jistabbilixxu l-prinċipji li jispeċifikaw iċ-ċirkostanzi li fihom l-awtoritajiet kompetenti japplikaw id-dispożizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3, waqt li jitqiesu l-istrateġiji differenti tal-AIF, il-kundizzjonijiet differenti tas-suq li fihom joperaw AIFs u l-effetti proċikliċi potenzjali li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|