+Artikolu 26 Ambitu
---+Artikolu 26 1.
---+Artikolu 26 2.
---+Artikolu 26 3.
---+Artikolu 26 4.
---+Artikolu 26 5.
---+Artikolu 26 6.
---+Artikolu 26 7.
|
Artikolu 26 Ambitu
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 26 1.
|
Din it-Taqsima għandha tapplika għal dan li ġej:
(a)
AIFMs li jimmaniġġaw AIF wieħed jew iżjed li individwalment jew b’mod konġunt fuq il-bażi ta’ ftehim immirat lejn il-ksib ta’ kontroll, jakkwistaw kontroll ta’ kumpanija mhux ikkwotata f’konformità mal-paragrafu 5;
(b)
AIFMs li jikkoperaw ma’ AIFM wieħed jew iżjed oħrajn fuq il-bażi ta’ ftehim skont liema l-AIF immaniġġati minn dawn l-AIFMs b’mod konġunt jakkwistaw kontroll ta’ kumpanija mhux ikkwotata f’konformità mal-paragrafu 5;
|
|
Artikolu 26 2.
|
Din it-Taqsima ma għandhiex tapplika fejn il-kumpaniji mhux ikkwotati konċernati jkunu:
(a)
intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1) tal-anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 li tikkonċerna d-definizzjoni ta’ mikrointrapriżi u l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (
25
); jew
(b)
mezzi b’għan speċjali bl-iskop li jixtru, iżommu jew jamministraw beni immobiljari.
|
|
Artikolu 26 3.
|
Bla ħsara għall-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, il-paragrafu 1 tal-Artikolu 27(1) għandu japplika wkoll għal AIFMs li jimmaniġġaw AIFs li jakkwistaw parteċipazzjoni mhux ta’ kontroll f’kumpanija mhux ikkwotata.
|
|
Artikolu 26 4.
|
L-Artikolu 28(1), (2) u (3) u l-Artikolu 30 għandhom japplikaw ukoll fir-rigward ta’ AIFMs li jimmaniġġaw AIFs li jakkwistaw kontroll tal-emittenti. Għall-finijiet ta’ dawk l-Artikoli, il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw mutatis mutandis.
|
|
Artikolu 26 5.
|
Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima, għall-kumpaniji mhux ikkwotati, kontroll għandu jfisser aktar minn 50 % tad-drittijiet tal-vot tal-kumpanija. Meta jkun qed jiġi kkalkulat il-persentaġġ tad-drittijiet tal-vot li jkollu l-AIF rilevanti, minbarra id-drittijiet tal-vott li jkollu direttament l-AIF rilevanti għandhom jitqiesu d-drittijiet tal-vot ta’ dawn li ġejjin, sakemm il-kontroll, kif stipulat fl-ewwel subparagrafu, ikun ġie stabbilit:
(a)
impriża kkontrollata mill-AIF; u
(b)
persuna fiżika jew ġuridika li taġixxi f’isimha proprju imma akkont tal-AIF jew akkont ta’ kwalunkwe impriża kkontrollata mill-AIF.
Il-persentaġġ tad-drittijiet tal-vot għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-ishma kollha li magħhom hemm marbuta drittijiet tal-vot anke jekk l-eżerċitar tagħhom hu sospiż. Minkejja il-punt (i) tal-Artikolu 4(1), għall-finijiet tal-Artikolu 28(1), (2) u (3) u l-Artikolu 30 fir-rigward tal -emittenti, il-kontroll għandu jiġi detereminat skont l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2004/25/KE.
|
|
Artikolu 26 6.
|
Din it-Taqsima għandha tapplika suġġetta għall-kundizzjonijiet u r-restrizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2002/14/KE.
|
|
Artikolu 26 7.
|
Din it-Taqsima għandha tapplika bla ħsara għal kwalunkwe regoli aktar stretti adottati mill-Istati Membri fir-rigward tal-akkwiżizzjoni ta’ holdings f’emittenti u kumpaniji mhux ikkwotati fit-territorji tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|