+Artikolu 27 Notifika tal-akkwiżizzjoni ta’ holdings ewlenin u ta’ kontroll f’kumpaniji mhux ikkwotati
---+Artikolu 27 1.
---+Artikolu 27 2.
---+Artikolu 27 3.
---+Artikolu 27 4.
---+Artikolu 27 5.

Artikolu 27 Notifika tal-akkwiżizzjoni ta’ holdings ewlenin u ta’ kontroll f’kumpaniji mhux ikkwotati

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 27 1.
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li meta AIF jakkwista, jiddisponi minn jew ikollu f’idejh ishma ta’ kumpanija mhux ikkwotata, l-AIFM li jimmaniġġa tali AIF jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu dwar il-proporzjoni tad-drittijiet tal-vot tal-kumpanija mhux ikkwotata li l-AIF ikollu fi kwalunkwe ħin meta dak il-proporzjon jilħaq, jaqbeż jew jinżel anqas mil-limiti minimi ta’ 10 %, 20 %, 30 %, 50 % u 75 %.
Artikolu 27 2.

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li meta AIF jakkwista, b’mod individwali jew konġunt, kontroll fuq kumpanija mhux ikkwotata skont l-Artikolu 26(1), flimkien mal-paragrafu 5 ta’ dak l-Artikolu, l-AIFM li jimmaniġġa tali AIF għandu jinnotifika wara l-akkwist ta’ kontroll mill-AIF:

(a) 

lill-kumpanija mhux ikkwotata;

(b) 

lill-azzjonisti li l-identitajiet u l-indirizzi tagħhom huma disponibbli għall-AIFM jew li jistgħu jsiru disponibbli mill-kumpanija mhux ikkwotata jew permezz ta’ reġistru li jkollu l-AIFM jew li jista’ jikseb aċċess għalih; u

(c) 

lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM.

Artikolu 27 3.

In-notifika rikjesta skont il-paragrafu 2 għandu jkun fiha l-informazzjoni addizzjonali li ġejja:

(a) 

is-sitwazzjoni li tirriżulta fit-termini tad-drittijiet tal-vot;

(b) 

il-kundizzjonijiet skont liema ġie akkwistat il-kontroll, inkluża l-informazzjoni dwar l-identità tal-azzjonisti differenti involuti, kull persuna fiżika jew entità ġuridika intitolata li teżerċita d-drittijiet tal-vot f’isimha u, jekk ikun applikabbli, il-katina ta’ impriżi li permezz tagħhom effettivament jinżammu d-drittijiet tal-vot;

(c) 

id-data li fiha ġie akkwistat il-kontroll.

Artikolu 27 4.
Fin-notifika tiegħu lill-kumpanija mhux ikkwotata, l-AIFM għandu jitlob lill-bord tad-diretturi tal-kumpanija jinformaw lir-rappreżentanti tal-impjegati jew, fejn ma jkun hemm l-ebda rappreżentant ta’ dan it-tip, lill-impjegati nnifishom, mingħajr dewmien mhux dovut, dwar l-akkwiżizzjoni ta’ kontroll mill-AIF immaniġġat mill-AIFM u dwar l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 t’hawn fuq. L-AIFM għandu juża l-aħjar sforzi tiegħu biex jiżgura li r-rappreżentanti tal-impjegati jew, fejn ma jkun hemm l-ebda rappreżentant ta’ dan it-tip, l-impjegati nnifishom, jiġu informati kif dovut mill-bord tad-diretturi f’konformità ma’ dan l-Artikolu.
Artikolu 27 5.
In-notifiki msemmijin fil-paragafi 1, 2 u 3 għandhom isiru kemm jista’ jkun malajr, iżda mhux aktar tard minn għaxart ijiem ta’ xogħol, wara d-data meta l-AIF ikun laħaq, qabeż jew waqa’ taħt il-limitu minimu rilevanti, jewikun akkwista kontroll fuq il-kumpanija mhux ikkwotata.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.