+Artikolu 28 Żvelar fil-każ ta’ akkwiżizzjoni ta’ kontroll
---+Artikolu 28 1.
---+Artikolu 28 2.
---+Artikolu 28 3.
---+Artikolu 28 4.
---+Artikolu 28 5.
|
Artikolu 28 Żvelar fil-każ ta’ akkwiżizzjoni ta’ kontroll
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 28 1.
|
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li meta AIF jakkwista, b’mod individwali jew konġunt, kontroll fuq kumpanija mhux ikkwotata jew emittent skont l-Artikolu 26(1) flimkien mal-paragrafu (5) ta’ dak l-Artikolu, l-AIFM li jimmaniġġa tali AIF għandu jqiegħed l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għad-dispożizzjoni ta’:
(a)
il-kumpanija kkonċernata;
(b)
l-azzjonisti tal-kumpanija li l-identitajiet u l-indirizzi tagħhom huma disponibbli għall-AIFM jew li jistgħu jsiru disponibbli mill-kumpanija jew permezz ta’ reġistru li jkollu l-AIFM jew li jista’ jikseb aċċess għalih; u
(c)
l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM.
L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 issir disponibbli wkoll għall-awtoritajiet kompetenti tal-kumpanija mhux ikkwotata li l-Istati Membri jistgħu jindikaw f’dak is-sens.
|
|
Artikolu 28 2.
|
L-AIFM għandu jagħmel disponibbli:
(a)
l-identità tal-AIFMs li jew individwalment jew inkella bi ftehim ma’ AIFMs oħra jimmaniġġaw l-AIF li jkunu akkwistaw kontroll;
(b)
il-politika għall-prevenzjoni u l-immaniġġar tal-kunflitti ta’ interess, partikolarment bejn l-AIFM, l-AIF u l-kumpanija, inkluża l-informazzjoni dwar is-salvagwardji speċifiċi stabbiliti biex jiġi żgurat li kwalunkwe ftehim bejn l-AIFM u/jew l-AIF u l-kumpanija jkun konkluż bejn partijiet indipendenti u pari; u
(c)
il-politika għall-komunikazzjoni esterna u interna relatata mal-kumpanija, partikolarment f’dak li għandu x’jaqsam mal-impjegati.
|
|
Artikolu 28 3.
|
Fin-notifika tiegħu lill-kumpanija skont il-punt (a) tal-paragrafu 1, l-AIFM għandu jitlob lill-bord tad-diretturi tal-kumpanija jinforma lir-rappreżentanti tal-impjegati jew, fejn ma jkun hemm l-ebda rappreżentant ta’ dan it-tip, lill-impjegati nnifishom, mingħajr dewmien mhux dovut, dwar l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. L-AIFM għandu juża l-aħjar sforzi tiegħu biex jiżgura li r-rappreżentanti tal-impjegati jew, fejn ma jkun hemm l-ebda rappreżentant ta’ dan it-tip, l-impjegati nnifishom, jiġu informati kif dovut mill-bord tad-diretturi f’konformità ma’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 28 4.
|
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li meta AIF jakkwista, b’mod individwali jew konġunt, kontroll fuq kumpanija mhux ikkwotata skont l-Artikolu 26(1) flimkien mal-paragrafu 5 ta’ dak l-Artikolu, l-AIFM li jimmaniġġa tali AIF jiżvela jew għandu jiżgura li l-AIF jiżvela, l-intenzjonijiet ta’ dan tal-aħħar fir-rigward tal-negozju futur tal-kumpanija mhux ikkwotata u r-riperkussjonijiet probabbli fuq l-impjiegi, inkluża kull bidla materjali fil-kundizzjonijiet tal-impjieg:
(a)
lill-kumpanija mhux ikkwotata; u
(b)
lill-azzjonisti tal-kumpanija mhux ikkwotata li l-identitajiet u l-indirizzi tagħhom huma disponibbli għall-AIFM jew li jistgħu jsiru disponibbli mill-kumpanija mhux ikkwotata jew permezz ta’ reġistru li jkollu l-AIFM jew li jista’ jikseb aċċess għalih.
Barra minn hekk, l-AIFM li qed jimmaniġġa l-AIF rilevanti għandu jitlob u juża l-aħjar sforzi tiegħu biex jiżgura li l-bord tad-diretturi tal-kumpanija mhux ikkwotata tqiegħed għad-dispożizzjoni tar-rappreżentanti tal-impjegati, jew, fejn ma jkun hemm l-ebda rappreżentant ta’ dan it-tip, l-impjegati nnifishom, l-informazzjoni stipulata fl-ewwel subparagrafu.
|
|
Artikolu 28 5.
|
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li meta AIF jakkwista kontroll fuq kumpanija mhux ikkwotata skont l-Artikolu 26(1) flimkien mal-paragrafu 5 ta’ dak l-Artikolu, l-AIFM li jimmaniġġa tali AIF jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu u lill-investituri tal-AIF bl-informazzjoni dwar il-finanzjament tal-akkwiżizzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|