+Artikolu 29 Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar ir-rapport annwali ta’ AIF li jeżerċita kontroll fuq kumpaniji mhux ikkwotati
---+Artikolu 29 1.
---+Artikolu 29 2.
---+Artikolu 29 3.

Artikolu 29 Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar ir-rapport annwali ta’ AIF li jeżerċita kontroll fuq kumpaniji mhux ikkwotati

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 29 1.

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li meta AIF jakkwista, b’mod individwali jew konġunt, kontroll fuq kumpanija mhux ikkwotata skont l-Artikolu 26(1), flimkien mal-paragrafu 5 ta’ dak l-Artikolu, l-AIFM li jimmaniġġa tali AIF għandu:

(a) 

jew jitlob u juża l-aħjar sforzi tiegħu biex jiżgura li r-rapport annwali tal-kumpanija mhux ikkwotata li jitfassal f’konformità mal-paragrafu 2 isir disponibbli mill-bord tad-diretturi tal-kumpanija lir-rappreżentanti kollha tal-impjegati jew, fejn ma jkun hemm l-ebda rappreżentant ta’ dan it-tip, l-impjegati nnifishom, fi żmien il-perijodu meta tali rapport annwali jrid jitfassal f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli; jew

(b) 

għal kull AIF ta’ dan it-tip jinkludi fir-rapport annwali previst fl-Artikolu 22 l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 relatata mal-kumpanija mhux ikkwotata rilevanti.

Artikolu 29 2.

L-informazzjoni addizzjonali li trid tiġi inkluża fir-rapport annwali tal-kumpanija, jew l-AIF, f’konformità mal-paragrafu 1, għandu jinkludi tal-anqas eżami ġust tal-iżvilupp tan-negozju tal-kumpanija li jirrappreżenta s-sitwazzjoni fi tmiem il-perijodu kopert mir-rapport annwali. Ir-rapport għandu jagħti wkoll indikazzjoni ta:

(a) 

kwalunkwe avveniment importanti li jkun seħħ mit-tmiem tas-sena finanzjarja;

(b) 

l-iżvilupp futur probabbli tal-kumpanija; u

(c) 

l-informazzjoni dwar akkwiżizzjoni ta’ ishma proprji prevista mill-Artikolu 22(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE ( 26 ).

Artikolu 29 3.

L-AIFM li jimmaniġġa l-AIF rilevanti għandu jew:

(a) 

jitlob u juża l-aħjar sforzi tiegħu biex jiżgura li l-bord tad-diretturi tal-kumpanija mhux ikkwotata iqieħed l-informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 relatata mal-kumpanija kkonċernata għad-dispożizzjoni tar-rappreżentanti tal-impjegati tal-kumpanija kkonċernata, jew, fejn ma jkunx hemm, lill-impjegati nnifishom fi żmien il-perijodu msemmi fl-Artikolu 22(1); jew,

(b) 

iqieħed l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għad-dispożizzjoni tal-investituri tal-AIF, sa fejn tkun diġà disponibbli, fi żmien il-perijodu msemmi fl-Artikolu 22(1) u fi kwalunkwe każ sa mhux aktar tard mid-data meta r-rapport annwali tal-kumpanija mhux ikkwotata jkun tfassal f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.