|
+Artikolu 36 1. |
Artikolu 36 1.Bla ħsara għall-Artikolu 35, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li AIFM awtorizzat tal-UE jikkummerċjalizza lil investituri professjonali, fit-territorju tagħhom biss, unitajiet jew ishma tal-AIF mhux tal-UE li jimmaniġġaw u tal-AIF ta’ alimentazzjoni li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 31(1), sakemm:
(a)
l-AIFM jikkonforma mar-rekwiżiti kollha stabbiliti f’din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 21. Dak l-AIFM għandhu madankollu jiżgura li jinħatru jew waħda jew aktar entitajiet biex iwettqu d-dmirijiet imsemmija fl-Artikolu 21(7), (8) u (9). L-AIFM m’għandhomx iwettqu dawk il-funzjonijiet. L-AIFM għandu jipprovdi lill-awtoritajiet superviżorji tiegħu bl-informazzjoni dwar l-identità ta’ dawk l-entitajiet responsabbli għat-twettiq ta’ dawk id-dmirijiet imsemmija fl-Artikolu 21(7), (8) u (9);
(b)
ikunu stabbiliti arranġamenti ta’ koperazzjoni xierqa għall-fini ta’ sorveljanza tar-riskju sistemiku u konformi mal-istandards internazzjonali bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM u l-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiż terz fejn hu stabbilit l-AIF mhux tal-UE sabiex jiġi żgurat skambju effiċjenti ta’ informazzjoni li jippermetti l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIFM iwettqu dmirijiethom f’konformità ma’ din id-Direttiva;
(c)
il-pajjiż terz fejn hu stabbilit l-AIF mhux tal-UE ma jiġix identifikat bħala pajjiż terz b’riskju għoli skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva (UE) 2015/849;
(d)
il-pajjiż terz fejn hu stabbilit l-AIF mhux tal-UE ikun iffirma ftehim mal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM awtorizzat u ma’ kull Stat Membru ieħor fejn ikun intiż li jiġu kkummerċjalizzati l-unitajiet jew l-ishma tal-AIF mhux tal-UE, li jikkonforma kompletament mal-istandards stabbiliti fl-Artikolu 26 tal-Mudell ta’ Konvenzjoni dwar it-Taxxa tal-OECD fuq id-Dħul u l-Kapital u li jiżgura skambju ta’ informazzjoni effettiv fil-kwistjonijiet fiskali, inkluż kwalunkwe ftehim fiskali multilaterali, u dak il-pajjiż terz ma jissemmiex fl-Anness I tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-lista riveduta tal-UE tal-ġuriżdizzjonijiet mhux kooperattivi għal finijiet tat-taxxa. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|