+Artikolu 38 Analiżi ta’ rieżami bejn il-pari tal-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-AIFM mhux tal-UE
---+Artikolu 38 1.
---+Artikolu 38 2.
---+Artikolu 38 3.
---+Artikolu 38 4.
---+Artikolu 38 5.
---+Artikolu 38 6.
---+Artikolu 38 7.
---+Artikolu 38 8.
---+Artikolu 38 9.
---+Artikolu 38 10.

Artikolu 38 Analiżi ta’ rieżami bejn il-pari tal-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-AIFM mhux tal-UE

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 38 1.
L-AETS għandha tagħmel analiżi ta’ rieżami bejn il-pari tal-attivitajiet ta’ superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-awtorizzazzjoni u tas-superviżjoni tal-AIFMs mhux tal-UE l-Artikoli 37, 39, 40, u 41, biex tkompli tiżdied il-konsistenza fl-eżiti superviżorji, skont it-termini tal-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 38 2.
Sat-22 ta’ Lulju 2013, l-AETS għandha tiżviluppa metodi li jippermettu l-valutazzjoni u l-paragun oġġettivi bejn l-awtoritajiet f’diżamina.
Artikolu 38 3.

B’mod partikolari, l-analiżi tar-rieżami bejn il-parigħandha tinkludi valutazzjoni ta’ dan li ġej:

(a) 

il-grad ta’ konverġenza fil-prattiċi superviżorji miksub fl-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-AIFMs mhux tal-UE;

(b) 

kemm il-prattika superviżorja jirnexxielha tikseb l-objettivi prefissi f’din id-Direttiva;

(c) 

l-effikaċja u l-grad ta’ konverġenza miksubin f’dak li għandu x’jaqsam mal-eżekuzzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u tal-miżuri ta’ eżekuzzjoni tagħha u l-istandards tekniċi regolatorji u ta’ eżekuzzjoni żviluppati mill-AETS f’konformità ma’ din id-Direttiva, inklużi l-miżuri u penali amministrattivi imposti kontra l-AIFM mhux tal-UE fejn ma jkunx hemm konformità ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 38 4.
Abbażi tal-konklużjonijiet tal-eżami, l-AETS tkun tista’ toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet a tenur tal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, bl-iskop li tistabbilixxi prattiċi konsistenti, effikaċi u effettivi ta’ superviżjoni tal-AIFMs mhux tal-UE.
Artikolu 38 5.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu kull sforz ħalli jikkonformaw ma’ dawk il-linji gwida u rakkomandazzjonijiet.
Artikolu 38 6.
Fi żmien xahrejn mill-ħruġ ta’ linja gwida jew rakkomandazzjoni, kull awtorità kompetenti għandha tikkonferma jekk tikkonfomrax jew għandhiex il-ħsieb tikkonforma ma’ dak il-linja gwida jew rakkomdanazzjoni. Fil-każ li awtorità kompetenti ma tikkonformax jew ma jkollhiex l-intenzjoni tikkonfomra, għandha tinforma b’dan lill-AETS, u tagħti r-raġunijiet l-għala.
Artikolu 38 7.
L-AETS għandha tippubblika l-fatt li awtorità kompetenti ma tikkonformax jew mhix bi ħsiebha tikkonforma ma’ dik il-linja gwida jew rakkomandazzjoni. L-AETS tista’ tiddeċiedi wkoll, skont il-każ individwali, li tippublika r-raġunijiet mogħtija mill-awtorità kompetenti biex ma tikkonformax ma’ dik il-linja gwida jew rakkomandazzjoni. L-awtorità kompetenti kkonċernata għandha jirċieva preavviż dwar publikazzjoni ta’ dan it-tip.
Artikolu 38 8.
Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 43(5) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010AETS, l-AETS għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet li jinħarġu skont it-termini ta’ dan l-Artikolu, filwaqt li tgħid liema awtorità kompetenti ma ottemperawx ruħhom magħhom, u tiddelinea kif l-AETS beħsiebha tiżgura li dawk l-awtoritajiet jikkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet u l-linji gwida tagħha fil-futur.
Artikolu 38 9.
Il-Kummissjoni għandha tieħu kont xieraq ta’ dawk ir-rapporti fir-rieżami li tagħmel ta’ din id-Direttiva skont it-termini tal-Artikolu 69 u kull valutazzjoni sussegwenti li tista’ twettaq.
Artikolu 38 10.
L-AETS għandha tagħmel pubblikament disponibbli l-aqwa prattiċi li jistgħu jiġu identifikati minn dawn l-analiżijiet mill-parir. Barra minhekk, kull riżultat ieħor tal-analiżijiet mill-pari jistgħu isiru pubbliċi, suġġett għall-qbil tal-awtorità kompetenti li tkun l-oġġett tal-analiżi mill-pari.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.