|
+Artikolu 40 2. |
Artikolu 40 2.Addizzjonalment mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva rigward l-AIFMs tal-UE, għall-AIFMs mhux tal-UE għandom ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
arranġamenti ta’ koperazzjoni xierqa stabbiliti bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM u l-awtorità superviżorja tal-pajjiż terz fejn hu stabbilit l-AIF mhux tal-UE sabiex jiġi żgurat tal-anqas skambju effiċjenti ta’ informazzjoni li jippermetti l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jwettqu dmirijiethom f’konformità ma’ din id-Direttiva;
(b)
il-pajjiż terz fejn hu stabbilit l-AIF mhux tal-UE ma jiġix identifikat bħala pajjiż terz b’riskju għoli skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva (UE) 2015/849;
(c)
il-pajjiż terz fejn hu stabbilit l-AIF mhux tal-UE ikun iffirma ftehim mal-Istat Membru ta’ referenza u ma’ kull Stat Membru ieħor fejn ikun intiż li jiġu kkummerċjalizzati l-unitajiet jew l-ishma tal-AIF mhux tal-UE, li jikkonforma kompletament mal-istandards stabbiliti fl-Artikolu 26 tal-Mudell ta’ Konvenzjoni dwar it-Taxxa tal-OECD fuq id-Dħul u l-Kapital u li jiżgura skambju ta’ informazzjoni effettiv fil-kwistjonijiet fiskali, inkluż kwalunkwe ftehim fiskali multilaterali, u dak il-pajjiż terz ma jissemmiex fl-Anness I tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-lista riveduta tal-UE tal-ġuriżdizzjonijiet mhux kooperattivi għal finijiet tat-taxxa. Fejn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ma taqbilx mal-valutazzjoni magħmula bl-applikazzjoni tal-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu 2 mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza mill-AIFM, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jirriferu l-kwestjoni lill-AETS li tista’ tieħu azzjoni skont is-setgħat konferiti lilha a tenur tal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|