+Artikolu 40 Kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni fl-Unjoni b’passaport ta’ AIFs mhux tal-UE mmaniġġat minn AIFM mhux tal-UE
---+Artikolu 40 1.
---+Artikolu 40 2.
---+Artikolu 40 3.
---+Artikolu 40 4.
---+Artikolu 40 5.
---+Artikolu 40 6.
---+Artikolu 40 7.
---+Artikolu 40 8.
---+Artikolu 40 9.
---+Artikolu 40 10.
---+Artikolu 40 11.
---+Artikolu 40 12.
---+Artikolu 40 13.
---+Artikolu 40 14.
---+Artikolu 40 15.
---+Artikolu 40 16.
---+Artikolu 40 17.

Artikolu 40 Kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni fl-Unjoni b’passaport ta’ AIFs mhux tal-UE mmaniġġat minn AIFM mhux tal-UE

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 40 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li AIFM mhux tal-UE debitament awtorizzat tal-UE jista’ jikkumerċjalizza unitajiet jew ishma ta’ AIF li huwa jimmaniġġa lil investituri professjonali fl-Unjoni b’passaport hekk kif jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
Artikolu 40 2.

Addizzjonalment mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva rigward l-AIFMs tal-UE, għall-AIFMs mhux tal-UE għandom ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

arranġamenti ta’ koperazzjoni xierqa stabbiliti bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM u l-awtorità superviżorja tal-pajjiż terz fejn hu stabbilit l-AIF mhux tal-UE sabiex jiġi żgurat tal-anqas skambju effiċjenti ta’ informazzjoni li jippermetti l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jwettqu dmirijiethom f’konformità ma’ din id-Direttiva;

▼M9

(b) 

il-pajjiż terz fejn hu stabbilit l-AIF mhux tal-UE ma jiġix identifikat bħala pajjiż terz b’riskju għoli skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva (UE) 2015/849;

(c) 

il-pajjiż terz fejn hu stabbilit l-AIF mhux tal-UE ikun iffirma ftehim mal-Istat Membru ta’ referenza u ma’ kull Stat Membru ieħor fejn ikun intiż li jiġu kkummerċjalizzati l-unitajiet jew l-ishma tal-AIF mhux tal-UE, li jikkonforma kompletament mal-istandards stabbiliti fl-Artikolu 26 tal-Mudell ta’ Konvenzjoni dwar it-Taxxa tal-OECD fuq id-Dħul u l-Kapital u li jiżgura skambju ta’ informazzjoni effettiv fil-kwistjonijiet fiskali, inkluż kwalunkwe ftehim fiskali multilaterali, u dak il-pajjiż terz ma jissemmiex fl-Anness I tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-lista riveduta tal-UE tal-ġuriżdizzjonijiet mhux kooperattivi għal finijiet tat-taxxa.

▼B

Fejn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ma taqbilx mal-valutazzjoni magħmula bl-applikazzjoni tal-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu 2 mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza mill-AIFM, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jirriferu l-kwestjoni lill-AETS li tista’ tieħu azzjoni skont is-setgħat konferiti lilha a tenur tal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 40 3.
L-AIFM għandu jissottometti notifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tiegħu fir-rigward ta’ kull AIF tal-UE li jkollu l-intenzjoni jikkummerċjalizza fl-Istat Membru ta’ riferenza tiegħu.

Dik in-notifika għandha tinkludi d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni kif stipulati fl-Anness III.

Artikolu 40 4.
Mhux aktar tard minn 20 jum tax-xogħol minn meta jirċievu fajl ta’ notifika komplut skont il-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom jinfurmaw lill-AIFM jekk jistax jibda jikkummerċjalizza l-AIF identifikati fin-notifika msemmija fil-paragrafu 3 fit-territorju tiegħu. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM jistgħu jipprevjenu biss il-kummerċjalizzazzjoni tal-AIF biss jekk l-immaniġġar tal-AIF mill-AIFM mhuwiex jew mhux se jkun f’konformità ma’ din id-Direttiva jew, b’xi mod, l-AIFM mhuwiex se jikkonforma jew ma jikkonformax ma’ din id-Direttiva. Fil-każ ta’ deċiżjoni pożittiva, l-AIFM jista’ jibda jikkummerċjalizza l-AIF fl-Istat Membru ta’ riferenza tiegħu mid-data tan-notifika dwar dan mill-awtoritajiet kompetenti.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom jinfurmaw ukoll lill-AETS li l-AIFM jista’ jibda jikkumerċjalizza unitajiet jew ishma tal-AIF fl-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM.

Artikolu 40 5.
Jekk l-AIFM ikollu l-intenzjoni li jikkummerċjalizza unitajiet jew ishma tal-AIF mhux tal-UE fl-Istati Membri ta’ riferenza li ma jkunux l-Istat Membru ta’ riferenza tiegħu, l-AIFM għandu jissottometti notifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tiegħu fir-rigward ta’ kull AIF mhux tal-UE li jkollu l-intenzjoni jikkummerċjalizza.

Dik in-notifika għandha tinkludi d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni kif stipulati fl-Anness IV.

Artikolu 40 6.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom, mhux aktar tard minn 20 jum tax-xogħol wara d-data minn meta jirċievu l-fajl komplut ta’ notifika msemmi fil-paragrafu 5, jittrażmettu l-fajl komplut ta’ notifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn ikun intiż li l-unitajiet jew ishma tal-AIF jiġu kkummerċjalizzati. Tali trażmissjoni għandha sseħħ biss jekk l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF jikkonforma u se jkompli jikkonforma ma’ din id-Direttiva u jekk, b’xi mod, l-AIFM jikkonforma ma’ din id-Direttiva.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom jinkludu dikjarazzjoni li l-AIFM ikkonċernat hu awtorizzat jimmaniġġa AIF b’dik l-istrateġija ta’ investiment partikulari.

Artikolu 40 7.
Malli jittrażmettu l-fajl ta’ notifika, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom mingħajr dewmien jinnotifikaw lill-AIFM dwar it-trażmissjoni. L-AIFM jista’ jibda jikkummerċjalizza l-AIF fl-Istati Membri ospitanti fl-Istat(i) Membru/i relevanti tal-AIFM mid-data ta’ dik in-notifika.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom jinfurmaw ukoll lill-AETS li l-AIFM jista’ jibda jikkumerċjalizza unitajiet jew ishma tal-AIF fl-Istati Membri ospitanti tal-AIFM.

Artikolu 40 8.
L-arranġamenti imsemmija fil-punt (h) tal-Anness IV għandhom ikunu suġġetti għal-liġijiet u s-superviżjoni tal-Istati Membri ospitanti tal-AIFM, safejn dawk l-Istati Membri jkunu differenti mill-Istat Membru ta’ riferenza.
Artikolu 40 9.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ittra ta’ notifika mill-AIFM msemmija fil-paragrafu 5 u d-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 6 jiġu pprovduti f’lingwa li hi komuni fid-dimensjoni tal-finanzi internazzjonali.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trażmissjoni elettronika u l-iffajljar tad-dokumenti imsemmija fil-paragrafu 6 jiġu aċċettati mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom.

Artikolu 40 10.
Fil-każ ta’ bidla materjali ta’ kwalunkwe mill-partikulari kkomunikati f’konformità mal-paragrafi 3 jew 5, l-AIFM għandu jagħti avviż bil-miktub ta’ dik il-bidla lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tiegħu tal-anqas xahar qabel ma bidla ppjanata, jew immedjatament wara li tkun seħħet bidla mhux ippjanata.

Jekk, skont il-bidla pjanata, l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma jibqax f’konformità ma’ din id-Direttiva jew, b’ xi mod, l-AIFM mhuwiex se jibqa’ jikkonforma ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza għandhom jinformaw lill-AIFM mingħajr dewmien mhux dovut li ma jistax jimplimenta l-bidla.

Jekk il-bidla pjanata tiġi implimentata minkejja l-ewwel u t-tieni subparagrafu, jew, jekk tkun seħħet bidla mhux pjanata li minħabba fiha l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma jibqax f’konformità ma’ din id-Direttiva jew, b’xi mod, l-AIFM mhuwiex se jibqa’ jikkonforma ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom jieħdu l-miżuri regolatorji dovuti kollha f’konformità mal-Artikolu 46, inkluża jekk ikun hemm bżonn, il-projbizzjoni espressa tal-kummerċjalizzazzjoni tal-AIF.

Jekk il-bidliet jkunu aċċettabbli għax ma jaffettwawx il-konformita’ tal-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma’ din id-Direttiva, jew, b’xi mod, il-konformità mill-AIFM ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom mingħajr dewmien jinformaw lill-AETS safejn l-bidliet jikkonċenaw it-terminazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti AIF jew AIF addizzjonali li qed jiġu kkummerċjalizzati u, safejn jkun applikabbli, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i ospitanti tal-AIFM dwar dawn il-bidliet.

Artikolu 40 11.
Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 56, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 57 u 58, miżuri rigward l-arranġamenti ta’ koperazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2sabiex jitfassal qafas komuni li jiffaċilita l-istabbiliment ta’ dawk l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi.
Artikolu 40 12.
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa linji gwida biex tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-miżuri adottati mill-Kummissjoni rigward l-arranġamenti ta’ koperazzjoni msemmija fil- punt (a) tal-paragrafu 2.
Artikolu 40 13.
L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tistabbilixxi l-kontenut minimu tal-arranġamenti ta’ koperazzjoni msemmijin fil- punt (a) tal-paragrafu 2 sabiex tiżgura li kemm l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza u kemm dawk tal-Istat Membru ospitanti jirċievu biżżejjed informazzjoni biex ikunu jistgħu jeżerċitaw is-setgħat superviżorji u investigatorji tagħhom skont din id-Direttiva.

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont it-termini tal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 40 14.
Sabiex tiġi garantita armonizzazzjoni konsistenti ma’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-proċeduri għall-koordinament u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza u dawk tal-Istat Membru ospitanti tal-AIFM.

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont it-termini tal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 40 15.
Fil-każ li awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tirrifjuta talba biex tiskambja informazzjoni f’konformità mal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 14, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jirriferu l-kwestjoni lill-AETS li tista’ tieħu azzjoni skont is-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 40 16.

Bil-għan li jiġu garantiti kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi biex tistabbilixxi:

(a) 

il-forma u l-kontenut ta’ mudell għall-ittra ta’ notifika msemmija fil-paragrafi 3 u 5;

(b) 

il-forma u l-kontenut ta’ mudell għad-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 6;

(c) 

il-forma tat-trażmissjoni msemmija fil-paragrafu 6;

(d) 

il-forma tal-avviż bil-miktub imsemmi fil-paragrafu 10.

Il-Kummissjoni qiegħda tingħata s-setgħa biex tadotta l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 40 17.
Bla ħsara għall-Artikolu 43(1), l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-AIF immaniġġati u kkumerċjalizzati mill-AIFM jiġu kkummerċjalizzati biss lil investituri professjonali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.