|
+Artikolu 41 4. |
Artikolu 41 4.L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza għandhom, fi żmien xahar minn meta jirċiedu d-dokumentazzjoni kompleta, f’konformità mal-paragrafi 2 jew fi żmien xahrejn minn meta jirċievu d-dokumentazzjoni kompleta msemmija fil-paragrafu 3, jittrażmettu dik id-dokumentazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-AIFM. Tali trażmissjoni għandha sseħħ biss jekk l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF jikkonforma u se jkompli jikkonforma ma’ din id-Direttiva u jekk l-AIFM jikkonforma ma’ din id-Direttiva. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom jinkludu dikjarazzjoni li l-AIFM ikkonċernat hu awtorizzat minnhom. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom jinnotifikaw immedjatament lill-AIFM dwar it-trażmissjoni. Malli jirċievi n-notifika tat-trażmissjoni l-AIFM jista’ jibda jipprovdi s-servizzi tiegħu fl-Istat Membru ospitanti tal-AIFM. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza għandhom ukoll jinformaw lill-AETS li l-AIFM jista’ jibda jimmaniġġa l-AIF fl-Istati/i Membru/i ospitanti tal-AIFM. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|