+Artikolu 41 Il-kundizzjonijiet għall-immaniġjjar tal-AIF stabbilit fl-Istati Membri li ma jkunux l-Istat Membru ta’ riferenza minn AIFMs mhux tal-UE
---+Artikolu 41 1.
---+Artikolu 41 2.
---+Artikolu 41 3.
---+Artikolu 41 4.
---+Artikolu 41 5.
---+Artikolu 41 6.
---+Artikolu 41 7.
---+Artikolu 41 8.

Artikolu 41 Il-kundizzjonijiet għall-immaniġjjar tal-AIF stabbilit fl-Istati Membri li ma jkunux l-Istat Membru ta’ riferenza minn AIFMs mhux tal-UE

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 41 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li AIFM awtorizzat mhux tal-UE jista’ jimmaniġġa AIF tal-UE stabbilit fi Stat Membru li ma jkunx l–Istat Membru ta’ riferenza kemm direttament kemm permezz tal-istabbiliment ta’ fergħa, sakemm l-AIFM ikun awtorizzat biex jimmaniġġa dak it-tip ta’ AIF.
Artikolu 41 2.

Kwalunkwe AIFM mhux tal-UE intiż li jimmaniġġa AIF tal-UE stabbilit fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru ta’ riferenza għall-ewwel darba għandu jikkomunika l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tiegħu:

(a) 

l-Istat Membru li fih għandu l-intenzjoni li jimmaniġġa AIFs direttament jew jistabbilixxi fergħa;

(b) 

programm ta’ operazzjonijiet li jiddikkjara partikolarment is-servizzi li għandu l-intenzjoni li jeżegwixxi u li jidentifika l-AIFs li għandu l-intenzjoni li jimmaniġġa.

Artikolu 41 3.

Jekk l-AIFM mhux tal-UE għandu l-intenzjoni li jistabbilixxi fergħa, dan għandu jipprovdi, b’żieda mal-informazzjoni rikjesta fil-paragrafu 2, l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-istruttura organizzattiva tal-fergħa;

(b) 

l-indirizz fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-AIF li minnu jistgħu jinkisbu d-dokumenti;

(c) 

l-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuni responsabbli għall-immaniġġar tal-fergħa.

Artikolu 41 4.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza għandhom, fi żmien xahar minn meta jirċiedu d-dokumentazzjoni kompleta, f’konformità mal-paragrafi 2 jew fi żmien xahrejn minn meta jirċievu d-dokumentazzjoni kompleta msemmija fil-paragrafu 3, jittrażmettu dik id-dokumentazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-AIFM. Tali trażmissjoni għandha sseħħ biss jekk l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF jikkonforma u se jkompli jikkonforma ma’ din id-Direttiva u jekk l-AIFM jikkonforma ma’ din id-Direttiva.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom jinkludu dikjarazzjoni li l-AIFM ikkonċernat hu awtorizzat minnhom.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom jinnotifikaw immedjatament lill-AIFM dwar it-trażmissjoni. Malli jirċievi n-notifika tat-trażmissjoni l-AIFM jista’ jibda jipprovdi s-servizzi tiegħu fl-Istat Membru ospitanti tal-AIFM.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza għandhom ukoll jinformaw lill-AETS li l-AIFM jista’ jibda jimmaniġġa l-AIF fl-Istati/i Membru/i ospitanti tal-AIFM.

Artikolu 41 5.
L-Istat Membru ospitanti tal-AIFM ma għandhux jimponi rekwiżiti addizzjonali fuq l-AIFM konċernat fir-rigward tal-kwestjonijiet koperti minn din id-Direttiva.
Artikolu 41 6.
Fil-każ ta’ bidla ta’ kwalunkwe mill-informazzjoni kkomunikata f’konformità mal-paragrafu 2, u jekk rilevanti, il-pargrafu 3, l-AIFM għandu jagħti avviż bil-miktub ta’ dik il-bidla lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tiegħu tal-anqas xahar qabel ma jimplimenta bidla ppjanata, immedjatament wara li tkun seħħet bidla mhux ippjanat.

Jekk, skont il-bidla ppjanata, l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma jibqax f’konformità ma’ din id-Direttiva jew, b’xi mod, l-AIFM mhuwiex se jibqa’ jikkonforma ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom jinformaw lill-AIFM mingħajr dewmien mhux dovut li ma jistax jimplimenta l-bidla.

Jekk il-bidla ppjanata tiġi implimentata minkejja l-ewwel u t-tieni subparagrafu, jew, jekk tkun seħħet bidla skont liema l-l-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma jibqax f’konformità ma’ din id-Direttiva jew, b’xi mod, l-AIFM mhuwiex se jibqa’ jikkonforma ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza għandhom jieħdu l-miżuri regolatorji dovuti kollha f’konformità mal-Artikolu 46, kif ukoll, jekk meħtieġa, l-projbizzjoni espressa tal-kummerċjalizzazzjoni tal-AIF.

Jekk il-bidliet jkunu aċċettabbli, għax ma jkunux jaffettwaw il-konformità tal-immaniġġar mill-AIFM tal-AIF ma’ din id-Direttiva, jew, b’xi mod, il-konformità mill-AIFM ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM għandhom mingħajr dewmien mhux dovut jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti tal-AIFM dwar dawn il-bidliet.

Artikolu 41 7.
Sabiex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi notifikata f’konformità mal-paragrafi 2 u 3.

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont it-termini tal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 41 8.
Bil-għan li jiġu garantiti kundizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi forom, mudelli u proċeduri standard għat-trażmissjoni ta’ informazzjoni f’konformità mal-paragrafi 2 u 3.

Il-Kummissjoni qiegħda tingħata s-setgħa biex tadotta l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.