+Artikolu 43 Kummerċjalizzazzjoni tal-AIFs minn AIFMs lil investituri mhux professjonali
---+Artikolu 43 1.
---+Artikolu 43 2.
---+Artikolu 43 3.
|
Artikolu 43 Kummerċjalizzazzjoni tal-AIFs minn AIFMs lil investituri mhux professjonali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 43 1.
|
Mingħajr preġudizzju għal strumenti oħra tal-liġi tal-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-AIFMs jikkumerċjalizzaw ma’ investituri bl-imnut fit-territorju tagħhom unitajiet jew ishma tal-AIFs li huma jamministraw, irrispettivament ta’ jekk l-AIFs humiex kumerċjalizzati fuq bażi domestika jew transkonfinali jew jekk ikunux AIF tal-UE jew mhux tal-UE. F’każijiet bħal dawn, l-Istati Membri jistgħu jimponu rekwiżiti aktar stretti fuq l-AIFMs jew l-AIF minn dawk ir-rekwiżiti applikabbli għall-AIF ikkumerċjalizzati ma’ investituri fit-territorju tagħhom skont it-termini ta’ din id-Direttiva. Madankollu, l-Istati Membri m’ għandhomx jimponu rekwiżiti aktar stretti jew addizzjonali fuq AIF tal-UE stabbiliti fi Stat Membru ieħor u kkumerċjalizzati fuq bażi transkonfinali milli fuq AIFs ikkummerċjalizzati domestikament.
|
|
Artikolu 43 2.
|
L-Istati Membri li jippermettu l-kummerċjalizzazzjoni tal-AIF ma’ investituri bl-imnut fit-territorju tagħhom, għandhom, sat-22 ta’ Lulju 2014, jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-AETS dwar:
(a)
it-tipi ta’ AIF li l-AIFMs jistgħu jikkummerċjalizzaw ma’ investituri bl-imnut fit-territorju tagħhom;
(b)
kwalunkwe rekwiżit addizzjonali li l-Istat Membru jimponi għall-kummerċjalizzazzjoni tal-AIFs ma’ investituri mhux professjonali.
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw ukoll lill-Kummissjoni u lill-AETS dwar kwalunkwe bidla sussegwenti fir-rigward tal-ewwel subparagrafu.
|
|
Artikolu 43 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li AIFM tal-UE awtorizzat ikun jista’ jikkummerċjalizza unitajiet jew ishma ta’ AIF tal-UE li jinvesti b’mod predominanti fl-ishma ta’ kumpanija partikolari, lill-impjegati ta’ dik il-kumpanija jew tal-entitajiet affiljati tagħha fil-qafas ta’ skemi ta’ tfaddil għall-impjegati jew skemi ta’ parteċipazzjoni tal-impjegati, fuq bażi domestika jew transfruntiera. Meta tali AIF jiġi kkummerċjalizzat lill-impjegati fuq bażi transfruntiera, l-Istat Membru fejn issir il-kummerċjalizzazzjoni ma għandu jimponi l-ebda rekwiżit minbarra dawk applikabbli fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIF.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|