+Artikolu 46 Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 46 1.
---+Artikolu 46 2.
---+Artikolu 46 3.
---+Artikolu 46 4.
|
Artikolu 46 Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 46 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħat superviżorji u investigattivi kollha li huma meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom. Tali setgħat għandhom jiġu eżerċitati fi kwalunkwe mod li ġej:
(b)
b’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħrajn;
(c)
taħt ir-responsabbiltà tagħhom b’delega lill-entitajiet li lilhom ġew iddelegati l-kompiti;
(d)
permezz ta’ applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.
|
|
Artikolu 46 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħa li:
(a)
ikollhom aċċess għal kwalunkwe dokument f’kwalunkwe forma u li jirċievu kopja tiegħu;
(b)
jeħtieġu informazzjoni minn kwalunkwe persuna relatata mal-attivitajiet tal-AIFMs jew l-AIF u fejn meħtieġ iħarrku u jinterrogaw persuna bl-għan li jiksbu l-informazzjoni;
(c)
iwettqu spezzjonijiet fuq il-post b’notifika minn qabel jew mingħajrha;
(d)
jeħtieġu reġistrazzjonijiet telefoniċi eżistenti u tat-traffiku eżistenti tal-informazzjoni;
(e)
jeħtieġu l-waqfien ta’ kull prattika li tkun kontra d-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva;
(f)
jitolbu l-iffriżar jew is-sekwestru ta’ assi;
(g)
jitolbu l-projbizzjoni temporanja ta’ attività professjonali;
(h)
jeħtieġu lill-AIFM, depożitarji, jew awdituri awtorizzati jipprovdu informazzjoni;
(i)
jadottaw kull tip ta’ miżura sabiex jiżguraw li l-AIFMs jew id-depożitarji jkomplu jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva applikabbli għalihom;
▼M9
(j)
fl-interess tal-investituri, f’ċirkostanzi eċċezzjonali u wara konsultazzjoni mal-AIFM, jeħtieġu li l-AIFMs jattivaw jew jiddiżattivaw l-għodda għall-ġestjoni tal-likwidità msemmija fl-Anness V, il-punt 1, meta jkun hemm riskji għall-protezzjoni tal-investituri jew għall-istabbiltà finanzjarja li, b’fehma raġonevoli u bbilanċjata, jeħtieġu tali attivazzjoni jew diżattivazzjoni.
▼B
(k)
jirtiraw l-awtorizzazzjoni mogħtija lil ġestur tal-AIF jew lil depożitarju;
(l)
jirriferu materji għall-prosekuzzjoni kriminali;
(m)
jirrikjedu li awdituri jew esperti jwettqu verifiki jew investigazzjonijiet.
|
|
Artikolu 46 3.
|
Fejn l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ta’ riferenza tqis li AIFM mhux tal-UE awtorizzat ikun kiser l-obbligi tiegħu skont din id-Direttiva, għandha tinnotifika dan lill-AETS mill-aktar fis possibbli.
|
|
Artikolu 46 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat neċessarji biex jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw il-funzjonament xieraq tas-swieq f’dawk il-każijiet fejn l-attività ta’ AIF wieħed jew iżjed fis-suq għal strument finanzjarju tkun tista’ tippreġudika l-funzjonament xieraq ta’ dak is-suq.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|