+Artikolu 47 Setgħat u kompetenzi tal-AETS
---+Artikolu 47 1.
---+Artikolu 47 2.
---+Artikolu 47 3.
---+Artikolu 47 4.
---+Artikolu 47 5.
---+Artikolu 47 6.
---+Artikolu 47 7.
---+Artikolu 47 8.
---+Artikolu 47 9.
---+Artikolu 47 10.
|
Artikolu 47 Setgħat u kompetenzi tal-AETS
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 47 1.
|
L-AETS tista’ tiżviluppa u regolarment tirrivedi l-linji gwida għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fuq l-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom ta’ awtorizzazzjoni u fuq l-obbligi tagħhom ta’ rapportaġġ mill-awtoritajiet kompetenti kif impost bis-saħħa ta’ din id-Direttiva. Barra minn hekk, l-AETS għandu jkollha s-setgħat meħtieġa, inklużi dawk enumerati fl-Artikolu 43(3), biex twettaq il-kompiti attribwita lilha b’din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 47 2.
|
L-obbligu tas-segretezza professjonali għandu japplika għall-persuni kollha li jaħdmu jew li jkunu ħadmu għall-AETS, għall-awtoritajiet kompetenti jew għal kwalunkwe persuna oħra li l-AETS tkun iddelegatilha l-kompiti, inklużi awdituri u esperti b’kuntratt mal-AETS. L-informazzjoni koperta bis-segretezza professjonali ma għandhiex tiġi żvelata lil persuna jew awtorità oħra ħlief fejn it-tali żvelar ikun meħtieġ għal proċedimenti legali jew għal każijiet koperti mil-liġi dwar it-tassazzjoni.
|
|
Artikolu 47 3.
|
L-informazzjoni kollha skambjata skont din id-Direttiva bejn l-awtoritajiet kompetenti, l-ASE u l-BERS, għandha titqies bħala kunfidenzjali, ħlief meta:
(a)
l-AETS jew l-awtorità kompetenti jew awtorità jew korp oħra kkonċernati fil-mument tal-komunikazzjoni jiddikjaraw li tali informazzjoni tista’ tiġi żvelata;
(b)
tkun meħtieġa għal proċedimenti ġudizzjarji; jew
(c)
l-informazzjoni żvelata tintuża f’sommarju jew f’forma aggregata li fiha l-parteċipanti individwali fis-swieq finanzjarji ma jkunux jistgħu jiġu identifikati.
Il-paragrafu 2, u l-ewwel subparagrafi ta’ dan il-paragrafu, ma għandhomx jipprekludu l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tat-taxxa li jinsabu fl-istess Stat Membru. Meta l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, din għandha tiġi żvelata biss f’konformità mal-ewwel sentenza ta’ dan is-subparagrafu bil-qbil espliċitu tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha.
|
|
Artikolu 47 4.
|
F’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, ASE (AETS) tista’, fejn ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha fil-paragrafu 5, titlob lill-awtorità kompetenti jew lill-awtoritajiet kompetenti biex tieħu jew jieħdu kwalunkwe miżura minn dawn li ġejjin, kif ikun f’loku:
(a)
projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni fl-Unjoni tal-unitajiet jew tal-ishma ta’ AIF ġestit minn AIFMs mhux tal-UE jew ta’ AIFs mhux tal-UE ġestiti minn AIFMs tal-UE mingħajr l-awtorizzazzjoni rikjesta fl-Artikolu 37 jew mingħajr in-notifika rekwiżita fl-Artikoli 35, 39 u 40, jew, mingħajr ma tingħata permess tagħmel hekk mill-Istat Membru rilevanti skont l-Artikolu 42;
(b)
l-impożizzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq AIFMs mhux tal-UE relatati mal-ġestjoni ta’ AIF fil-każ ta’ konċentrazzjoni eċċessiva tar-riskju f’suq speċifiku fuq bażi transkonfinali;
(c)
l-impożizzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq AIFMs mhux tal-UE relatati mal-ġestjoni ta’ AIF fejn l-attivitajiet tagħha potenzjalent jikkostitwixxu sors importanti ta’ riskju tal-kontroparti għal istituzzjoni ta’ kreditu jew għal istituzzjonijiet oħra ta’ rilevanza sistemika;
▼M9
(d)
fl-interess tal-investituri, f’ċirkostanzi eċċezzjonali u wara konsultazzjoni mal-AIFM, jeħtieġu li l-AIFMs mhux tal-UE li jikkummerċjalizzaw fl-AIFs tal-Unjoni li jimmaniġġaw, jew l-AIFMs tal-UE li jimmaniġġaw l-AIFs mhux tal-UE, jattivaw jew jiddiżattivaw l-għodda għall-ġestjoni tal-likwidità msemmija fl-Anness V, il-punt 1, meta jkun hemm ir-riskji għall-protezzjoni tal-investituri jew għall-istabbiltà finanzjarja li, b’fehma raġonevoli u bbilanċjata, jeħtieġu tali attivazzjoni jew diżattivazzjoni.
▼B
|
|
Artikolu 47 5.
|
L-AETS tista’ tieħu deċiżjoni taħt il-paragrafu 4 u suġġett għar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 6 jekk ikunu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
fejn tkun teżisti theddida sostanzjata, li tkun toriġina jew tkun aggravata mill-attivitajiet rispettivi tal-AIFM, għall-funzjonament ordinat u għall-integrità tas-suq finanzjarju jew għall-istabilità tas-sistema finanzjarja kollha kemm hi jew in parti fl-Unjoni u fejn ikun hemm implikazzjonijiet bejn il-fruntieri; u
(b)
l-awtorità kompetenti jew l-awtoritajiet komeptenti ma jkunux ħadu miżuri ħalli jindirizzaw it-theddia jew il-miżuri li jkunu ttieħdu ma jkunux jindirizzaw suffiċjentement it-theddida.
|
|
Artikolu 47 6.
|
Il-miżuri meħudin minn awtorità kompetenti jew awtoritajiet kompetenti skont it-termini tal-paragrafu 4 għandhom:
(a)
jindirizzaw b’mod effettiv it-theddid għall-funzjonament ordinat u għall-integrità tas-suq finanzjarju jew għall-istabilità tas-sistema finanzjarja kollha jew in parti fl-Unjoni jew li jtejjeb b’mod sinifikattiv l-ħila tal-awtoritajiet kompetenti li jimmonitorjaw it-theddida;
(b)
ma joħolqux riskju ta’ arbitraġġ regolatorju;
(c)
ma jkollhomx effett detrimentali fuq l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji, inkluża r-riduzzjoni fil-likwidità ta’ dawk is-swieq jew il-ħolqien tal-inċertezza għall-parteċipanti fis-suq, b’mod li jkun sproporzjonat għall-benefiċċji tal-miżuri.
|
|
Artikolu 47 7.
|
Qabel ma jintalab lill-awtorità kompetenti li tieħu jew iġġedded miżuri li għaliha hemm referenza fil-paragrafu 4, l-AETS għandha tikkonsulta, fejn ikun xieraq, il-BERS u awtoritajiet rilevanti oħrajn.
|
|
Artikolu 47 8.
|
L-AETS għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM mhux tal-UE u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membru ospitanti tal-AIFM mhux tal-UE kkonċernat dwar id-deċiżjoni li tirrikjedi mill-awtorità kompetenti jew awtoritajiet kompetenti li jimponu jew iġeddu kull miżuri li għaliha hemm referenza fil-paragrafu 4. In-notifika għandha mill-anqas tispeċifika d-dettalji li ġejjin:
(a)
l-AIFM u l-attivitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri u d-durata tagħhom;
(b)
ir-raġunijiet għaliex l-AETS tkun tal-fehma li hu neċessarju li jkunu imposti miżuri skont it-termini tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija f’dan l-Artikolu, inkluża l-evidenza li tkun ssaħħaħ tali raġunijiet.
|
|
Artikolu 47 9.
|
L-AETS għandha tirrivedi l-miżuri li l-awtorità kompetenti jew l-awtoritajiet kompetenti jkunu imponew skont it-termini tal-paragrafu 4 f’intervalli xierqa u fi kwalunkwe każ mill-anqas darba kull tliet xhur. Jekk miżura ma tkunx imġedda wara l-perijodu ta’ tliet xhur, għanda tiskadi awtomatikament. Il-paragrafi 5 sa 8 għandhom japplikaw għal tiġdid tal-miżuri.
|
|
Artikolu 47 10.
|
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ riferenza tal-AIFM mhux tal-UE kkonċernat jistgħu jirrikjedu li l-AETS tirrikunsidra d-deċiżjoni tagħha. Il-proċedura msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 għandha tapplika.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|