+Artikolu 47 4.

Artikolu 47 4.

F’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, ASE (AETS) tista’, fejn ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha fil-paragrafu 5, titlob lill-awtorità kompetenti jew lill-awtoritajiet kompetenti biex tieħu jew jieħdu kwalunkwe miżura minn dawn li ġejjin, kif ikun f’loku:

(a) 

projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni fl-Unjoni tal-unitajiet jew tal-ishma ta’ AIF ġestit minn AIFMs mhux tal-UE jew ta’ AIFs mhux tal-UE ġestiti minn AIFMs tal-UE mingħajr l-awtorizzazzjoni rikjesta fl-Artikolu 37 jew mingħajr in-notifika rekwiżita fl-Artikoli 35, 39 u 40, jew, mingħajr ma tingħata permess tagħmel hekk mill-Istat Membru rilevanti skont l-Artikolu 42;

(b) 

l-impożizzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq AIFMs mhux tal-UE relatati mal-ġestjoni ta’ AIF fil-każ ta’ konċentrazzjoni eċċessiva tar-riskju f’suq speċifiku fuq bażi transkonfinali;

(c) 

l-impożizzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq AIFMs mhux tal-UE relatati mal-ġestjoni ta’ AIF fejn l-attivitajiet tagħha potenzjalent jikkostitwixxu sors importanti ta’ riskju tal-kontroparti għal istituzzjoni ta’ kreditu jew għal istituzzjonijiet oħra ta’ rilevanza sistemika;

▼M9

(d) 

fl-interess tal-investituri, f’ċirkostanzi eċċezzjonali u wara konsultazzjoni mal-AIFM, jeħtieġu li l-AIFMs mhux tal-UE li jikkummerċjalizzaw fl-AIFs tal-Unjoni li jimmaniġġaw, jew l-AIFMs tal-UE li jimmaniġġaw l-AIFs mhux tal-UE, jattivaw jew jiddiżattivaw l-għodda għall-ġestjoni tal-likwidità msemmija fl-Anness V, il-punt 1, meta jkun hemm ir-riskji għall-protezzjoni tal-investituri jew għall-istabbiltà finanzjarja li, b’fehma raġonevoli u bbilanċjata, jeħtieġu tali attivazzjoni jew diżattivazzjoni.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.