+Artikolu 48 Penali amministrattivi
---+Artikolu 48 1.
---+Artikolu 48 2.
---+Artikolu 48 3.

Artikolu 48 Penali amministrattivi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 48 1.
L-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar il-miżuri u l-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati f’konformità ma’ din id-Direttiva, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawk ir-regoli jiġu infurzati. Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri għall-irtirar tal-awtorizzazzjoni jew għad-dritt tal-Istati Membri li jimponu penali kriminali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, li jistgħu jittieħdu l-miżuri amministrattivi adatti jew li jiġu imposti penali amministrattivi kontra l-persuni responsabbli fejn ma jkunx hemm konformità mad-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-miżuri jkunu effiċjenti, proporzjonati u disważivi.
Artikolu 48 2.
L-Istati Membri għandhom jagħmlu provvediment biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiżvelaw lill-pubbliku kwalunkwe miżura jew penali li għandha tiġi imposta għal ksur tad-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, sakemm tali żvelar ma jippreġudikax b’mod serju s-swieq finanzjarji, ikun ta’ detriment għall-interessi tal-investituri jew jikkawża dannu sproporzjonat lill-partijiet involuti.
Artikolu 48 3.
L-AETS għandha tipproduċi rapport ta’ kull sena dwar l-applikazzjoni tal-miżuri amministrattivi u l-impożizzjoni ta’ penali f’kaz ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet adottati fl-eżekuzzjoni ta’ din id-Direttiva fl-Istati Membri differenti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu l-AETS bl-informazzjoni neċessarja għal dak l-iskop.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.