+Artikolu 50 4.
|
Artikolu 50 4.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom immedjatament jipprovdu lil xulxin u lill-AETS bl-informazzjoni rikjesta għall-iskop tat-twettiq ta’ dmirijiethom skont din id-Direttiva. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom jgħaddu kopja tal-arranġamenti relevanti ta’ kooperazzjoni li jkunu ssottoskrivew għalihom skont it-termini tal-Artikoli 35, 37, u/jew 40 lill-Istati Membri ospitanti tal-AIFM kkonċernat. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom, f’konformità mal-proċeduri rigward l-istandards tekniċi regolatorji applikabbli msemmijin fl-Artikoli 35(14), 37(17) u 40(14), jgħaddu l-informazzjoni li jkunu rċevew mill-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi f’konformità mal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma’ tali awtoritajiet superviżorji f’dak li għandu x’jaqsam ma’ AIFM, jew fejn rilevanti, skont l-Artikolu 45(6) jew (7), lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-AIFM kkonċernat. Fejn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti tqis li l-kontenut ta’ arranġament ta’ kooperazzjoni sottoskritt mill-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM kkonċernat skont it-termini tal-Artikoli 35, 37 u/jew 40 ma jkunx ottemperanti mar-rikjest f’konformità mal-istandards tekniċi regolatorji applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jirriferu l-kwestjoni lill-AETS li tista’ taġixxi f’konformità mas-setgħat konferiti lilha skont it-termini tal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|