+Artikolu 50 Obbligu ta’ kooperazzjoni
---+Artikolu 50 1.
---+Artikolu 50 2.
---+Artikolu 50 3.
---+Artikolu 50 4.
---+Artikolu 50 5.
---+Artikolu 50 5a.
---+Artikolu 50 5b.
---+Artikolu 50 5c.
---+Artikolu 50 5d.
---+Artikolu 50 5e.
---+Artikolu 50 5f.
---+Article 50 5g.
---+Article 50 5h.
---+Artikolu 50 6.
---+Artikolu 50 7.

Artikolu 50 Obbligu ta’ kooperazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 50 1.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u mal-AETS u mal-BERS fejn huwa neċessarju sabiex jeżegwixxu d-dmirijiet tagħhom skont din id-Direttiva jew jeżerċitaw is-setgħat tagħhom skont din id-Direttiva jew skont il-liġi nazzjonali.
Artikolu 50 2.
L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-kooperazzjoni prevista f’din it-taqsima.
Artikolu 50 3.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw is-setgħat tagħhom għall-fini tal-kooperazzjoni, anki f’każijiet fejn il-kondotta li tkun qed tiġi investigata ma tkunx tikkostitwixxi ksur ta’ xi regolament fis-seħħ fl-Istat Membru tagħhom stess.
Artikolu 50 4.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom immedjatament jipprovdu lil xulxin u lill-AETS bl-informazzjoni rikjesta għall-iskop tat-twettiq ta’ dmirijiethom skont din id-Direttiva.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom jgħaddu kopja tal-arranġamenti relevanti ta’ kooperazzjoni li jkunu ssottoskrivew għalihom skont it-termini tal-Artikoli 35, 37, u/jew 40 lill-Istati Membri ospitanti tal-AIFM kkonċernat. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom, f’konformità mal-proċeduri rigward l-istandards tekniċi regolatorji applikabbli msemmijin fl-Artikoli 35(14), 37(17) u 40(14), jgħaddu l-informazzjoni li jkunu rċevew mill-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi f’konformità mal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma’ tali awtoritajiet superviżorji f’dak li għandu x’jaqsam ma’ AIFM, jew fejn rilevanti, skont l-Artikolu 45(6) jew (7), lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-AIFM kkonċernat.

Fejn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti tqis li l-kontenut ta’ arranġament ta’ kooperazzjoni sottoskritt mill-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM kkonċernat skont it-termini tal-Artikoli 35, 37 u/jew 40 ma jkunx ottemperanti mar-rikjest f’konformità mal-istandards tekniċi regolatorji applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jirriferu l-kwestjoni lill-AETS li tista’ taġixxi f’konformità mas-setgħat konferiti lilha skont it-termini tal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 50 5.
Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jkollhom raġunijiet raġonevoli sabiex jissuspettaw li AIFM ikun qiegħed iwettaq jew wettaq atti kontra d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li mhux suġġetti għas-superviżjoni ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti, huma għandhom jinnotifikaw lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju u tal-Istat Membru ospitanti tal-AIFM ikkonċernat b’mod kemm jista’ jkun speċifiku. L-awtoritajiet kompetenti riċeventi għandhom jieħdu azzjoni xierqa u għandhom jinfurmaw lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti notifikanti bl-eżitu ta’ dik l-azzjoni, u sa fejn ikun possibbli, bl-iżviluppi interim sinifikanti. Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-awtorità kompetenti li tinnotifika.
Artikolu 50 5a.
Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju ta’ AIFM jeżerċitaw setgħat skont l-Artikolu 46(2), il-punt (j), huma għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-AIFM, lill-AETS u, jekk ikun hemm riskji potenzjali għall-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja, lill-BERS b’dan.
Artikolu 50 5b.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti ta’ AIFM jistgħu jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM biex jeżerċitaw is-setgħat f’konformità mal-Artikolu 46(2), il-punt (j), filwaqt li jispeċifikaw ir-raġunijiet għat-talba u jinformaw lill-AETS u, fil-każ li jkun hemm riskji potenzjali għall-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja, lill-BERS dwarha.
Artikolu 50 5c.
Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM ma jaqblux mat-talba msemmija fil-paragrafu 5b, huma għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-AIFM, lill-AETS u, meta l-BERS ikun ġie infurmat dwar dik it-talba skont il-paragrafu 5b, lill-BERS dwar dan, filwaqt li jiddikjaraw ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ qbil.
Artikolu 50 5d.
Abbażi tal-informazzjoni riċevuta skont il-paragrafi 5b u 5c, l-AETS għandha toħroġ mingħajr dewmien mhux dovut opinjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM dwar l-eżerċizzju tas-setgħat skont l-Artikolu 46(2), il-punt (j). L-AETS għandha tikkomunika dik l-opinjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-AIFM.
Artikolu 50 5e.
Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM ma jaġixxux f’konformità mal-opinjoni tal-AETS msemmija fil-paragrafu 5d, jew ma jkollhomx l-intenzjoni li jikkonformaw ma’ dik l-opinjoni, huma għandhom jinfurmaw lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-AIFM dwar dan, filwaqt li jiddikjaraw ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ konformità tagħhom jew għall-intenzjoni li ma jikkonformawx. Fil-każ ta’ theddida serja għall-protezzjoni tal-investitur, għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja sħiħa jew parti minnha fl-Unjoni, u sakemm tali pubblikazzjoni ma tkunx f’kunflitt mal-interessi leġittimi tat-titolari tal-unitajiet jew tal-azzjonisti tal-AIF jew tal-pubbliku, l-AETS tista’ tippubblika l-fatt li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM ma jikkonformawx jew mhumiex biħsiebhom jikkonformaw mal-opinjoni tagħha, flimkien mar-raġunijiet provduti minn dawk l-awtoritajiet kompetenti għan-nuqqas ta’ konformità tagħhom jew l-intenzjoni li ma jikkonformawx. L-AETS għandha tanalizza jekk il-benefiċċji tal-pubblikazzjoni jegħlbux l-amplifikazzjoni tat-theddid għall-protezzjoni tal-investitur, għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja sħiħa jew parti minnha fl-Unjoni li tirriżulta minn dik il-pubblikazzjoni u għandha tagħti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM preavviż ta’ pubblikazzjoni ta’ dan it-tip.
Artikolu 50 5f.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti ta’ AIFM jistgħu, meta jkollhom raġunijiet raġonevoli biex jagħmlu dan, jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM jeżerċitaw, mingħajr dewmien, is-setgħat skont l-Artikolu 46(2), ħlief il-punt (j) ta’ dak il-paragrafu, filwaqt li jispeċifikaw ir-raġunijiet għat-talba tagħhom b’mod kemm jista’ jkun speċifiku possibbli u jinnotifikaw lill-AETS, u jekk ikun hemm riskji potenzjali għall-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja, il-BERS dwarha.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM għandhom, mingħajr dewmien mhux dovut, jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-AIFM, lill-AETS, u jekk ikun hemm riskji potenzjali għall-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja, lill-BERS, dwar is-setgħat eżerċitati u s-sejbiet tagħhom.

Article 50 5g.
Where a Member State has exercised the derogation allowing the appointment of a depositary established in another Member State as set out in Article 21(5a), and where the competent authorities of the home Member State of an AIF or, where the AIF is not regulated, the competent authorities of the home Member State of the AIFM that manages the AIF, have reasonable grounds to suspect that acts contrary to this Directive are being or have been carried out by a depositary not subject to the supervision of those competent authorities, those competent authorities shall without delay notify ESMA and the competent authorities of the depositary concerned thereof in as specific a manner as possible. The recipient competent authorities shall take appropriate action and shall inform ESMA and the notifying competent authorities of the outcome of that action. This paragraph shall be without prejudice to the competences of the notifying competent authorities.
Article 50 5h.
ESMA may request the competent authorities to submit, without undue delay, explanations to ESMA in relation to specific cases which raise a serious threat to investor protection, to the orderly functioning and integrity of financial markets or to the stability of the whole or part of the financial system in the Union.
Artikolu 50 6.
►M9  Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva f’dak li għandu x’jaqsam mal-iskambju ta’ informazzjoni, l-AETS tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi li jiddeterminaw il-proċeduri għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti rilevanti, l-ASE, il-BERS u l-membri tal-SEBĊ, soġġetti għad-dispożizzjonijiet applikabbli ta’ din id-Direttiva. ◄

Il-Kummissjoni qiegħda tingħata s-setgħa biex tadotta l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 50 7.
Sas-16 ta’ April 2026, l-AETS għandha tiżviluppa linji gwida li jipprovdu indikazzjonijiet biex jiggwidaw lill-awtoritajiet kompetenti fl-eżerċizzju tagħhom tas-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 46(2), il-punt (j), u indikazzjonijiet dwar is-sitwazzjonijiet li jaf iwasslu għat-tressiq tat-talbiet imsemmija fil-paragrafi 5b u 5f. Meta tiżviluppa dawk il-linji gwida, l-AETS għandha tikkunsidra l-implikazzjonijiet potenzjali ta’ tali intervent superviżorju għall-protezzjoni tal-investituri u l-istabbiltà finanzjarja fi Stat Membru ieħor jew fl-Unjoni. Dawk il-linji gwida għandhom jirrikonoxxu li r-responsabbiltà primarja għall-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità tibqa’ f’idejn l-AIFMs.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.