+Artikolu 50 5e.
|
Artikolu 50 5e.
Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM ma jaġixxux f’konformità mal-opinjoni tal-AETS msemmija fil-paragrafu 5d, jew ma jkollhomx l-intenzjoni li jikkonformaw ma’ dik l-opinjoni, huma għandhom jinfurmaw lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-AIFM dwar dan, filwaqt li jiddikjaraw ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ konformità tagħhom jew għall-intenzjoni li ma jikkonformawx. Fil-każ ta’ theddida serja għall-protezzjoni tal-investitur, għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja sħiħa jew parti minnha fl-Unjoni, u sakemm tali pubblikazzjoni ma tkunx f’kunflitt mal-interessi leġittimi tat-titolari tal-unitajiet jew tal-azzjonisti tal-AIF jew tal-pubbliku, l-AETS tista’ tippubblika l-fatt li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM ma jikkonformawx jew mhumiex biħsiebhom jikkonformaw mal-opinjoni tagħha, flimkien mar-raġunijiet provduti minn dawk l-awtoritajiet kompetenti għan-nuqqas ta’ konformità tagħhom jew l-intenzjoni li ma jikkonformawx. L-AETS għandha tanalizza jekk il-benefiċċji tal-pubblikazzjoni jegħlbux l-amplifikazzjoni tat-theddid għall-protezzjoni tal-investitur, għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja sħiħa jew parti minnha fl-Unjoni li tirriżulta minn dik il-pubblikazzjoni u għandha tagħti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-AIFM preavviż ta’ pubblikazzjoni ta’ dan it-tip.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|