+Artikolu 54 Kooperazzjoni f’attivitajiet superviżorji
---+Artikolu 54 1.
---+Artikolu 54 2.
---+Artikolu 54 3.
---+Artikolu 54 4.
|
Artikolu 54 Kooperazzjoni f’attivitajiet superviżorji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 54 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru wieħed jistgħu jitolbu l-kooperazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor f’attività superviżorja jew għal verifika fuq il-post jew f’investigazzjoni fit-territorju ta’ dan tal-aħħar fi ħdan il-qafas tas-setgħat tagħhom skont din id-Direttiva. Fejn l-awtoritajiet kompetenti jirċievu talba fir-rigward ta’ verifika fuq il-post jew investigazzjoni, dawn għandhom jagħmlu dan li ġej:
(a)
iwettqu l-verifika jew l-investigazzjoni nfisha;
(b)
jippermettu lill-awtorità rikjedenti li twettaq il-verifika jew l-investigazzjoni;
(c)
jippermettu lill-awdituri jew lill-esperti jwettqu l-verifika jew l-investigazzjoni.
|
|
Artikolu 54 2.
|
Fil-każ imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li tkun talbet il-kooperazzjoni, tista’ titlob li l-membri tal-personal tagħha jassistu lill-personal li qed jagħmel il-verifika jew l-investigazzjoni. Il-verifika jew l-investigazzjoni għandha, madankollu, tkun suġġetta għall-kontroll ġenerali tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu din tkun qed issir. Fil-każ imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu qed issir il-verifika jew l-investigazzjoni tista’ titlob li l-membri tal-persunal tagħha jassistu lill-persunal li qed jagħmel il-verifika jew l-investigazzjoni.
|
|
Artikolu 54 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrifjutaw l-iskambju ta’ informazzjoni jew li jaġixxu fuq talba għal kooperazzjoni fit-twettiq ta’ investigazzjoni jew verifika fuq il-post fil-każijiet li ġejjin biss:
(a)
l-investigazzoni, il-verifika fuq il-post jew l-iskambju ta’ informazzjoni jista’ jkollhom effett negattiv fuq is-sovranità, is-sigurtà jew l-ordni pubbliku tal-Istat Membru indirizzat;
(b)
diġà jkunu nbdew proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward tal-istess azzjonijiet u l-istess persuni quddiem l-awtoritajiet tal-Istat Membru indirizzat;
(c)
diġà tkun ingħatat sentenza finali fl-Istat Membru indirizzat fir-rigward tal-istess persuni u l-istess azzjonijiet.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti rikjedenti dwar kwalunkwe deċiżjoni li tittieħed skont l-ewwel subparagrafu, u jiddikjaraw ir-raġunijiet għal dan.
|
|
Artikolu 54 4.
|
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, AETS tista’ tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi implimentattivi biex jiġu stabbiliti proċeduri komuni għall-awtoritajiet kompetenti biex jikkooperaw f’verifiki u investigazzjonijiet fuq il-post. Il-Kummissjoni qiegħda tingħata s-setgħa biex tadotta l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|