|
+Artikolu 63 Emendi għad-Direttiva 2009/65/KE |
Artikolu 63 Emendi għad-Direttiva 2009/65/KEArtikolu 63 Emendi għad-Direttiva 2009/65/KE Id-Direttiva 2009/65/KE hija emendata kif ġej:
(1)
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 50a Sabiex tiġi żgurata konsistenza transsettorjali u jitneħħa l-allinjament ħażin bejn l-interess tal-kumpanniji li jbiddlu s-self f’titoli li jistgħu jiġu kkummerċjalizzati u strumenti finanzjarji oħra (oriġinaturi) u l-UCITS li jinvestu f’dawk it-titoli jew strumenti finanzjarji oħra, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 112a, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 112b u 112c, miżuri li jistabbilixxu r-rekwiżiti fl-oqsma li ġejjin:
(a)
ir-rekwiżiti li jeħtieġ jiġu ssodisfati mill-oriġinatur sabiex UCITS (impriża għall-investiment kollettiv fit-titoli trasferibbli) tkun tista’ tinvesti f’titoli jew strumenti finanzjarji oħra ta’ dan it-tip maħruġa wara l-1 ta’ Jannar 2011, inkluż rekwiżiti li jiżguraw li l-oriġinatur iżomm interess ekonomiku nett ta’ mhux anqas minn 5 %;
(b)
rekwiżiti kwalitattivi li jridu jiġu ssodisfati minn UCITS li tinvesti f’dawk it-titoli jew strumenti finanzjarji oħra.”;
(2)
L-Artikolu 112(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2.
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 12, 14, 23, 33, 43, 51, 60, 61, 62, 64, 75, 78, 81, 95 u 111 hija kkonferita lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ erba’ snin li jibda mill-4 ta’ Jannar 2011. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 50a hija kkonferita lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ erba’ snin mill-21 ta’ Lulju 2011. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tas-setgħat delegati mhux aktar tard minn sitt xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu ta’ erba’ snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġġedded awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jirrevokawhomx skont it-termini mal-Artikolu 112a.”;
(3)
L-Artikolu 112a(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1.
Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 12, 14, 23, 33, 43, 50a, 51, 60, 61, 62, 64, 75, 78, 81, 95 u 111 tista’ tiġi revokata f’kull mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.”.
1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|