+KAPITOLU X DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI
---+Artikolu 56 Eżerċizzju tad-delega
------+Artikolu 56 1.
------+Artikolu 56 2.
------+Artikolu 56 3.
---+Artikolu 57 Revoka tad-delega
------+Artikolu 57 1.
------+Artikolu 57 2.
------+Artikolu 57 3.
---+Artikolu 58 Oġġezzjonijiet għal atti ddelegati
------+Artikolu 58 1.
------+Artikolu 58 2.
------+Artikolu 58 3.
---+Artikolu 59 Miżuri ta’ implimentazzjoni
------+Artikolu 59 1.
------+Artikolu 59 2.
---+Artikolu 60 Żvelar ta’ derogi
---+Artikolu 61 Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
------+Artikolu 61 1.
------+Artikolu 61 2.
------+Artikolu 61 3.
------+Artikolu 61 4.
------+Artikolu 61 6.
---+Artikolu 63 Emendi għad-Direttiva 2009/65/KE
---+Artikolu 64 Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009
---+Artikolu 65 Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1095/2010
---+Artikolu 66 Traspożizzjoni
------+Artikolu 66 1.
------+Artikolu 66 2.
------+Artikolu 66 3.
------+Artikolu 66 4.
------+Artikolu 66 5.
------+Artikolu 66 6.
---+Artikolu 67 Att iddelegat dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 35, 37 sa 41
------+Artikolu 67 1.
------+Artikolu 67 2.
------+Artikolu 67 3.
------+Artikolu 67 4.
------+Artikolu 67 5.
------+Artikolu 67 6.
------+Artikolu 67 7.
---+Artikolu 68 Att iddelegat dwar it-terminazzjoni tal-applikazzjoni tal-Artikoli 36 u 42
------+Artikolu 68 1.
------+Artikolu 68 2.
------+Artikolu 68 3.
------+Artikolu 68 4.
------+Artikolu 68 5.
------+Artikolu 68 6.
------+Artikolu 68 7.
---+Artikolu 69 Reviżjoni
------+Artikolu 69 1.
------+Artikolu 69 2.
------+Artikolu 69 3.
------+Artikolu 69 4.
---+Artikolu 69a Valutazzjoni tar-reġim tal-passaport
---+Artikolu 69-a Rieżami ieħor
------+Artikolu 69-a 1.
------+Artikolu 69-a 2.
------+Artikolu 69-a 3.
------+Artikolu 69-a 4.
---+Artikolu 69b Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
---+Artikolu 70 Dħul fis-seħħ
---+Artikolu 71 Indirizzati

KAPITOLU X DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI

KAPITOLU X DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 56 Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 57 Revoka tad-delega
Artikolu 58 Oġġezzjonijiet għal atti ddelegati
Artikolu 59 Miżuri ta’ implimentazzjoni
Artikolu 60 Żvelar ta’ derogi

Artikolu 60

Żvelar ta’ derogi

Meta Stat Membru jagħmel użu mid-deroga jew l-għażla prevista mill-Artikolu 6 jew 9, l-Artikolu 15(4 g) jew l-Artikolu 21, 22, 28 jew 43, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan kif ukoll bi kwalunkwe bidla sussegwenti. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-informazzjoni pubblika fuq is-sit web jew b’mezzi oħra li jkunu aċċessibbli faċilment.

Artikolu 61 Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
Artikolu 63 Emendi għad-Direttiva 2009/65/KE

Artikolu 63

Emendi għad-Direttiva 2009/65/KE

Id-Direttiva 2009/65/KE hija emendata kif ġej:

(1) 

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 50a

Sabiex tiġi żgurata konsistenza transsettorjali u jitneħħa l-allinjament ħażin bejn l-interess tal-kumpanniji li jbiddlu s-self f’titoli li jistgħu jiġu kkummerċjalizzati u strumenti finanzjarji oħra (oriġinaturi) u l-UCITS li jinvestu f’dawk it-titoli jew strumenti finanzjarji oħra, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 112a, u suġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 112b u 112c, miżuri li jistabbilixxu r-rekwiżiti fl-oqsma li ġejjin:

(a) 

ir-rekwiżiti li jeħtieġ jiġu ssodisfati mill-oriġinatur sabiex UCITS (impriża għall-investiment kollettiv fit-titoli trasferibbli) tkun tista’ tinvesti f’titoli jew strumenti finanzjarji oħra ta’ dan it-tip maħruġa wara l-1 ta’ Jannar 2011, inkluż rekwiżiti li jiżguraw li l-oriġinatur iżomm interess ekonomiku nett ta’ mhux anqas minn 5 %;

(b) 

rekwiżiti kwalitattivi li jridu jiġu ssodisfati minn UCITS li tinvesti f’dawk it-titoli jew strumenti finanzjarji oħra.”;

(2) 

L-Artikolu 112(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.  
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 12, 14, 23, 33, 43, 51, 60, 61, 62, 64, 75, 78, 81, 95 u 111 hija kkonferita lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ erba’ snin li jibda mill-4 ta’ Jannar 2011. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 50a hija kkonferita lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ erba’ snin mill-21 ta’ Lulju 2011. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tas-setgħat delegati mhux aktar tard minn sitt xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu ta’ erba’ snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġġedded awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jirrevokawhomx skont it-termini mal-Artikolu 112a.”;
(3) 

L-Artikolu 112a(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.  
Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 12, 14, 23, 33, 43, 50a, 51, 60, 61, 62, 64, 75, 78, 81, 95 u 111 tista’ tiġi revokata f’kull mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.”.
Artikolu 64 Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 64

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009

Fir-Regolament (KE) Nru 1060/2009, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.  
Istituzzjonijiet tal-kreditu kif definiti fid-Direttiva 2006/48/KE, ditti ta’ investiment kif definiti fid-Direttiva 2004/39/KE, impriżi tal-assigurazzjoni suġġetti għall-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE tal-24 ta’ Lulju 1973 dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju tal-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja ( *1 ), impriżi tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja kif definiti fid-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja ( *2 ), impriżi ta’ riassigurazzjoni kif definiti fid-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2005 dwar ir-riassigurazzjoni ( *3 ), l-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (il-UCITS) kif definiti fid-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) ( *4 ), istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali kif definiti fid-Direttiva 2003/41/KE u fondi ta’ investiment alternattivi kif definiti fid-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi ( *5 ) jistgħu jużaw il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu għal finijiet regolatorji biss jekk dawn jinħarġu minn aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kredituaġenziji li jiggradaw il-kreditu stabbiliti fl-Unjoni u rreġistrati skont dan ir-Regolament.
Artikolu 65 Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1095/2010

Artikolu 65

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1095/2010

Fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, il-kliem “kull leġislazzjoni futura fil-qasam tal-AIFM” għandu jiġi sostitwit bil-kliem “Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi ( *6 ).

Artikolu 66 Traspożizzjoni
Artikolu 67 Att iddelegat dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 35, 37 sa 41
Artikolu 68 Att iddelegat dwar it-terminazzjoni tal-applikazzjoni tal-Artikoli 36 u 42
Artikolu 69 Reviżjoni
Artikolu 69a Valutazzjoni tar-reġim tal-passaport

Artikolu 69a

Valutazzjoni tar-reġim tal-passaport

Qabel id-dħul fis-seħħ tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 67(6) li skonthom ir-regoli stipulati fl-Artikolu 35 u l-Artikoli 37 sa 41 isiru applikabbli, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, filwaqt li tqis ir-riżultat ta' valutazzjoni tar-reġim tal-passaport ipprovdut f'din id-Direttiva inkluża l-estensjoni ta' dak ir-reġim għall-AIFMs mhux tal-UE. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposta leġiżlattiva.

Artikolu 69-a Rieżami ieħor
Artikolu 69b Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew

Artikolu 69b

Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew

Mill-10 ta’ Jannar 2030, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(5), it-tieni subparagrafu, ta’ din id-Direttiva għandha ssir aċċessibbli fil-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 32 ). Għal dak l-iskop, il-korp tal-ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-ESMA.

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(b) 

tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:

(i) 

l-ismijiet kollha tal-AIFM awtoriżżat taħt din id-Direttiva u l-lista tal-AIFs immaniġġjati jew kummerċjalizzati minn dak l-AIFM li magħhom hija relatata l-informazzjoni;

(ii) 

fejn disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-AIFM awtoriżżat taħt din id-Direttiva u l-lista tal-AIFs immaniġġjati jew kummerċjalizzati minn dak l-AIFM, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(iii) 

it-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(iv) 

indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.

Artikolu 70 Dħul fis-seħħ

Artikolu 70

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 71 Indirizzati

Artikolu 71

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 16.04.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011L0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.