|
+ANNESS IV |
ANNESS IV
ANNESS IV DOKUMENTAZZJONI U INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TINGĦATA F’KAŻ LI TKUN INTIŻA L-KUMMERĊJALIZZAZZJONI FI STATI MEMBRI OĦRAJN LI MA JKUNUX L-ISTAT MEMBRU TA’ DOMĊILJU TAL-AIFM
(a)
ittra ta’ notifika, inkluż programm tal-operazzjonijiet li jidentifika l-AIFs li l-AIFM għandu l-intenzjoni li jikkummerċjalizza u l-informazzjoni dwar fejn hu stabbilit l-AIF;
(b)
ir-regoli jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni tal-AIF;
(c)
l-identifikazzjoni tad-depożitarju tal-AIF;
(d)
deskrizzjoni ta’, jew kwalunkwe informazzjoni dwar, l-AIF disponibbli għall-investituri;
(e)
informazzjoni dwar il-post fejn l-AIF prinċipali huwa stabbilit jekk l-AIF huwa AIF ta’ alimentazzjoni;
(f)
kwalunkwe informazzjoni addizzjonali msemmija fl-Artikolu 23(1) għal kull AIF li l-AIFM jimmaniġġa jew li biħsiebu jikkumerċjalizza.
(g)
l-indikazzjoni tal-Istati Membri li fihom għandu l-intenzjoni li jikkummerċjalizza l-unitajiet jew l-ishma tal-AIF ma’ investituri professjonali;
(h)
informazzjoni dwar l-arranġamenti li saru għall-kummerċjalizzazzjoni tal-AIF u, fejn rilevanti, informazzjoni dwar l-arranġamenti stabbiliti biex jevitaw li l-unitajiet jew l-ishma tal-AIF jiġu kkummerċjalizzati ma’ investituri bl-imnut, inkluż fil-każ fejn il-ġestur tal-AIF jiddipendi fuq attivitajiet ta’ entitajiet indipendenti biex jipprovdi servizzi ta’ investiment fir-rigward tal-AIF;
(i)
id-dettalji meħtieġa, inkluż l-indirizz għall-fatturazzjoni jew għall-komunikazzjoni ta' kwalunkwe tariffa jew ħlas regolatorji applikabbli mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti;
(j)
informazzjoni dwar il-faċilitajiet għat-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 43a. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|