+Artikolu 5 Emendi għal NUTS
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.

Artikolu 5 Emendi għal NUTS

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar:

(a) 

kull tibdil li jkun hemm fl-unitajiet amministrattivi, sa fejn dawn it-tibdiliet jistgħu jaffettwaw il-klassifikazzjoni NUTS, kif stabbilita fl-Anness I, jew dak li hemm fl-Annessi II u III;

(b) 

kull tibdil ieħor fuq livell nazzjonali li jista’ jaffettwa l-klassifikazzjoni NUTS, skond il-kriterji ta’ klassifikazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 3.

Artikolu 5 2.

Tibdiliet għall-konfini ta’ NUTS fil-livell 3 minħabba f’tibdiliet ta’ unitajiet amministrattivi iżgħar kif stabbilit fl-Anness III:

(a) 

ma jitqiesux bħala emendi ta’ NUTS jekk jinvolvu trasferiment tal-popolazzjoni daqs jew inqas minn punt perċentwali ta’ l-unitajiet territorjali NUTS 3 interessati;

(b) 

jitqiesu bħala emendi ta’ NUTS, skond il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, jekk jinvolvu trasferiment tal-popolazzjoni ta’ aktar minn punt perċentwali ta’ l-unitajiet territorjali NUTS 3 interessati.

Artikolu 5 3.
Jistgħu jsiru emendi għal NUTS ta’ l-unitajiet mhux amministrattivi fi Stat Membru, kif imfisser fl-Artikolu 3(5), jekk, fuq il-livell NUTS in kwistjoni, l-emenda tirriduċi d-devjazzjoni standard tal-qies skond il-popolazzjoni ta’ l-unitajiet kollha territorjali ta’ l-UE.
Artikolu 5 4.
L-emendi tal-klassifikazzjoni NUTS fl-Anness I għandhom jiġu adottati fl-aħħar sitt xhur tas-sena kalendarja, mhux aktar tard minn kull tliet snin, abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3. Madankollu, jekk ikun hemm riorganizzazzjoni sostanzjali tal-istruttura amministrattiva rilevanti ta' Stat Membru, tali emendi għall-klassifikazzjoni NUTS jistgħu jiġu adottati f'intervalli iqsar.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 7a sabiex temenda l-klassifikazzjoni NUTS imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu abbażi tal-bidliet fl-unitajiet territorjali li jkunu ġew ikkomunikati lilha mill-Istat Membru kkonċernat skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Id-data reġjonali li l-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni (Eurostat) għandha tkun ibbażata fuq l-emenda fil-klassifikazzjoni NUTS li tibda tiskorri mill-1 ta' Jannar tat-tieni sena wara l-adozzjoni ta' dak l-att delegat.

Artikolu 5 5.
Fil-każ li l-Kummissjoni tadotta att delegat kif imsemmi fil-paragrafu 4, l-Istat Membru kkonċernat għandu jittrażmetti lill-Kummissjoni (Eurostat) is-serje taż-żmien għat-tqassim reġjonali l-ġdid, biex tiġi sostitwita d-data li tkun diġà ġiet trażmessa. L-Istat Membru kkonċernat għandu jittrażmetti din is-serje ta' żmien sal-1 ta' Jannar tar-raba' sena wara l-adozzjoni ta' dak l-att delegat.

Il-Kummissjoni għandha, permezz tal-atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi kundizzjonijiet uniformi għas-serje taż-żmien u t-tul tagħha, filwaqt li tqis kemm huwa verament possibbli li tiġi trażmessa. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 7.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32003R1059
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.