3. Id-data personali msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tiġi pproċessata għall-finijiet imsemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 2 meta dik id-data tiġi pproċessata minn professjonista, jew taħt ir-responsabbiltà ta’ professjonista, li jkun soġġett għall-obbligu ta’ segretezza professjonali skont il-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru jew regoli stabbiliti minn korpi kompetenti nazzjonali jew minn persuna oħra li tkun ukoll soġġetta għal obbligu ta’ segretezza skont il-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru jew ir-regoli stabbiliti minn korpi kompetenti nazzjonali.