+Artikolu 10 Ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ data personali
---+Artikolu 10 1
---+Artikolu 10 2
---+Artikolu 10 3

Artikolu 10 Ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ data personali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10 1

1.   L-ipproċessar ta’ data personali, li jiżvela oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku, jew sħubija fi trade union, u l-ipproċessar ta’ data ġenetika, data bijometrika sabiex tidentifika b’mod uniku persuna fiżika, data dwar is-saħħa jew data dwar il-ħajja sesswali u l-orjentazzjoni sesswali ta’ persuna fiżika għandu jkun ipprojbit.

Artikolu 10 2

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika jekk japplika wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

is-suġġett tad-data jkun ta kunsens espliċitu għall-ipproċessar ta’ dik id-data personali għal fini speċifiku wieħed jew aktar, għajr meta l-liġi tal-Unjoni tipprevedi li l-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tkunx tista’ titneħħa mis-suġġett tad-data;

(b)

l-ipproċessar ikun meħtieġ għall-finijiet tat-twettiq tal-obbligi u l-eżerċitar ta’ drittijiet speċifiċi tal-kontrollur jew tas-suġġett tad-data fil-qasam tal-liġi dwar l-impjiegi u dwar il-protezzjoni soċjali u s-sigurtà soċjali dment li dan ikun awtorizzat minn liġi tal-Unjoni li tkun tipprevedi salvagwardji xierqa għad-drittijiet fundamentali u l-interessi tas-suġġett tad-data;

(c)

l-ipproċessar ikun meħtieġ għall-protezzjoni tal-interessi vitali tas-suġġett tad-data jew ta’ persuna oħra meta s-suġġett tad-data ma jkunx fiżikament jew legalment kapaċi li jagħti l-kunsens,

(d)

l-ipproċessar isir waqt l-attivitajiet leġittimi tiegħu b’salvagwardji xierqa minn korp mingħajr skop ta’ qligħ li jikkostitwixxi entità integrata f’istituzzjoni jew f’korp tal-Unjoni u b’għan politiku, filosofiku, reliġjuż jew ta’ trade union u bil-kundizzjoni li l-ipproċessar ikun relatat biss mal-membri jew l-ex membri ta’ dan il-korp jew ma’ persuni li jkollhom kuntatt regolari miegħu b’rabta mal-finijiet tiegħu u li d-data ma tkunx żvelata barra dak il-korp mingħajr il-kunsens tas-suġġetti tad-data;

(e)

l-ipproċessar ikun relatat ma’ data personali li b’mod ċar tkun saret pubblika mis-suġġett tad-data;

(f)

l-ipproċessar ikun meħtieġ għall-istabbiliment, l-eżerċitar jew id-difiża ta’ pretensjonijiet legali jew kull meta l-Qorti tal-Ġustizzja tkun qed taġixxi fil-kapaċità ġudizzjarja tagħha;

(g)

l-ipproċessar ikun meħtieġ għal raġunijiet ta’ interess pubbliku sostanzjali, fuq il-bażi tal-liġi tal-Unjoni, li jkun proporzjonat mal-għan segwit, jirrispetta l-essenza tad-dritt għall-protezzjoni tad-data u jipprevedi miżuri xierqa u speċifiċi sabiex jissalvagwardja d-drittijiet fundamentali u l-interessi tas-suġġett tad-data;

(h)

l-ipproċessar ikun meħtieġ għall-finijiet ta’ mediċina preventiva jew okkupazzjonali, għall-valutazzjoni tal-kapaċità ta’ ħaddiem għax-xogħol, dijanjożi medika, il-forniment ta’ kura tas-saħħa jew soċjali jew it-trattament jew il-ġestjoni ta’ sistemi u ta’ servizzi tal-kura tas-saħħa u soċjali abbażi tal-liġi tal-Unjoni jew skont kuntratt ma’ professjonista fil-kura medika u soġġett għall-kundizzjonijiet u għas-salvagwardji msemmija fil-paragrafu 3;

(i)

l-ipproċessar ikun meħtieġ għal raġunijiet ta’ interess pubbliku fil-qasam tas-saħħa pubblika, bħall-protezzjoni kontra theddid transfruntier serju għas-saħħa jew biex jiġu żgurati standards għoljin ta’ kwalità u sikurezza tal-kura tas-saħħa u ta’ prodotti mediċinali jew apparat mediku, fuq il-bażi tal-liġi tal-Unjoni li tipprevedi miżuri adatti u speċifiċi sabiex jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data, b’mod partikolari s-segretezza professjonali; jew

(j)

l-ipproċessar ikun meħtieġ għal finijiet ta’ arkivjar fl-interess pubbliku, għal finijiet ta’ riċerka xjentifika jew storika jew għal finijiet ta’ statistika fuq il-bażi tal-liġi tal-Unjoni, li għandu jkun proporzjonat mal-għan segwit, jirrispetta l-essenza tad-dritt għall-protezzjoni tad-data u jipprevedi miżuri xierqa u speċifiċi għas-salvagwardja tad-drittijiet fundamentali u tal-interessi tas-suġġett tad-data.

Artikolu 10 3

3.   Id-data personali msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tiġi pproċessata għall-finijiet imsemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 2 meta dik id-data tiġi pproċessata minn professjonista, jew taħt ir-responsabbiltà ta’ professjonista, li jkun soġġett għall-obbligu ta’ segretezza professjonali skont il-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru jew regoli stabbiliti minn korpi kompetenti nazzjonali jew minn persuna oħra li tkun ukoll soġġetta għal obbligu ta’ segretezza skont il-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru jew ir-regoli stabbiliti minn korpi kompetenti nazzjonali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 21.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1725
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.