3. Il-kontrollur għandu jipprovdi informazzjoni dwar l-azzjoni meħuda fuq talba skont l-Artikoli 17 sa 24 lis-suġġett tad-data mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ, fi żmien xahar minn meta jirċievi t-talba. Dak il-perjodu jista’ jiġi estiż b’ xahrejn oħra meta jkun meħtieġ, filwaqt li jitqiesu l-kumplessità u l-għadd tat-talbiet. Il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-data dwar kwalunkwe estensjoni fi żmien xahar minn meta jirċievi t-talba, flimkien mar-raġunijiet għad-dewmien. Meta s-suġġett tad-data jagħmel it-talba b’mezzi f’forma elettronika, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta b’mezzi elettroniċi, meta jkun possibbli, dment li ma jkunx mitlub mod ieħor mis-suġġett tad-data.