+Artikolu 14 Informazzjoni, komunikazzjoni u modalitajiet trasparenti għall-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġett tad-data
---+Artikolu 14 1
---+Artikolu 14 2
---+Artikolu 14 3
---+Artikolu 14 4
---+Artikolu 14 5
---+Artikolu 14 6
---+Artikolu 14 7
---+Artikolu 14 8

Artikolu 14 Informazzjoni, komunikazzjoni u modalitajiet trasparenti għall-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġett tad-data

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 14 1

1.   Il-kontrollur għandu jieħu miżuri adatti biex jipprovdi kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-Artikoli 15 u 16 u kwalunkwe komunikazzjoni skont l-Artikoli 17 sa 24 u 35 relatata mal-ipproċessar lis-suġġett tad-data f’forma konċiża, trasparenti, intelliġibbli u faċilment aċċessibbli, bl-użu ta’ lingwaġġ ċar u sempliċi, b’mod partikolari għal kwalunkwe informazzjoni indirizzata speċifikament lil minorenni. L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta bil-miktub, jew b’mezzi oħra, inkluż, meta jkun xieraq, b’mezzi elettroniċi. Meta tintalab mis-suġġett tad-data, l-informazzjoni tista’ tingħata bil-fomm dment li tingħata prova tal-identità tas-suġġett tad-data b’mezzi oħra.

Artikolu 14 2

2.   Il-kontrollur għandu jiffaċilita l-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġett tad-data skont l-Artikoli 17 sa 24. Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 12(2), il-kontrollur ma għandux jirrifjuta li jieħu azzjoni fuq it-talba tas-suġġett tad-data biex jeżerċita d-drittijiet tiegħu skont l-Artikoli 17 sa 24, ħlief jekk il-kontrollur juri li huwa ma jkunx f’pożizzjoni li jidentifika s-suġġett tad-data.

Artikolu 14 3

3.   Il-kontrollur għandu jipprovdi informazzjoni dwar l-azzjoni meħuda fuq talba skont l-Artikoli 17 sa 24 lis-suġġett tad-data mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ, fi żmien xahar minn meta jirċievi t-talba. Dak il-perjodu jista’ jiġi estiż b’ xahrejn oħra meta jkun meħtieġ, filwaqt li jitqiesu l-kumplessità u l-għadd tat-talbiet. Il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-data dwar kwalunkwe estensjoni fi żmien xahar minn meta jirċievi t-talba, flimkien mar-raġunijiet għad-dewmien. Meta s-suġġett tad-data jagħmel it-talba b’mezzi f’forma elettronika, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta b’mezzi elettroniċi, meta jkun possibbli, dment li ma jkunx mitlub mod ieħor mis-suġġett tad-data.

Artikolu 14 4

4.   Jekk il-kontrollur ma jiħux azzjoni fuq it-talba tas-suġġett tad-data, il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-data mingħajr dewmien u mhux aktar tard minn xahar minn meta jirċievi t-talba bir-raġunijiet għalfejn ma jkunx ħa azzjoni u dwar il-possibbiltà li jitressaq ilment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u li jitfittex rimedju ġudizzjarju.

Artikolu 14 5

5.   L-informazzjoni pprovduta skont l-Artikoli 15 u 16 u kwalunkwe komunikazzjoni u kwalunkwe azzjoni meħuda skont l-Artikoli 17 sa 24 u 35 għandhom jingħataw mingħajr ħlas. Meta t-talbiet minn suġġett tad-data jkunu manifestament infondati jew eċċessivi, b’mod partikolari minħabba n-natura ripetittiva tagħhom, il-kontrollur jista’ jirrifjuta li jaġixxi fuq it-talba. Il-kontrollur għandu jerfa’ r-responsabbiltà li juri n-natura manifestament infondata jew eċċessiva tat-talba.

Artikolu 14 6

6.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12, meta l-kontrollur ikollu dubji raġonevoli dwar l-identità tal-persuna fiżika li tkun qed tagħmel it-talba msemmija fl-Artikoli 17 sa 23, il-kontrollur jista’ jitlob li tiġi pprovduta informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex tiġi kkonfermata l-identità tas-suġġett tad-data.

Artikolu 14 7

7.   L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lis-suġġetti tad-data skont l-Artikoli 15 u 16 tista’ tingħata flimkien ma’ ikoni standardizzati sabiex tingħata ħarsa ġenerali lejn l-ipproċessar intenzjonat b’mod li jidher faċilment, li jinftiehem u li jinqara sew. Meta l-ikoni jkunu ppreżentati b’mod elettroniku, dawn għandhom ikunu jistgħu jinqraw minn magna.

Artikolu 14 8

8.   Fejn il-Kummissjoni tadotta atti delegati skont l-Artikolu 12(8) tar-Regolament (UE) 2016/679 li jistabbilixxu l-informazzjoni li trid tiġi ppreżentata mill-ikoni u l-proċeduri għall-forniment ta’ ikoni standardizzati, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, meta jkun xieraq, għandhom jipprovdu l-informazzjoni skont l-Artikoli 15 u 16 ta’ dan ir-Regolament flimkien mat-tali ikoni standardizzati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 21.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1725
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.