+Artikolu 15 Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta meta d-data tinġabar mis-suġġett tad-data
---+Artikolu 15 1
---+Artikolu 15 2
---+Artikolu 15 3
---+Artikolu 15 4
|
Artikolu 15 Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta meta d-data tinġabar mis-suġġett tad-data
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 15 1
|
1. Meta data personali relatata ma’ suġġett tad-data tinġabar mingħand is-suġġett tad-data, il-kontrollur, fil-ħin li tinkiseb id-data personali, għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha li ġejja lis-suġġett tad-data:
|
(a)
|
l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tal-kontrollur;
|
|
(b)
|
id-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data;
|
|
(c)
|
il-finijiet tal-ipproċessar li għalihom hija intenzjonata d-data personali kif ukoll il-bażi legali għall-ipproċessar;
|
|
(d)
|
ir-riċevituri jew il-kategoriji ta’ riċevituri tad-data personali, jekk jeżistu;
|
|
(e)
|
meta jkun applikabbli, il-fatt li l-kontrollur ikollu l-ħsieb li jittrasferixxi data personali lejn pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali u l-eżistenza jew l-assenza ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza mill-Kummissjoni, jew fil-każ ta’ trasferimenti msemmija fl-Artikolu 48, referenza għas-salvagwardji xierqa jew adatti u l-mezzi li bihom tinkiseb kopja tagħhom jew fejn dawn ikunu saru disponibbli.
|
|
|
Artikolu 15 2
|
2. Minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-kontrollur, meta tinkiseb id-data personali, għandu jipprovdi l-informazzjoni ulterjuri li ġejja, meħtieġa biex jiġi żgurat ipproċessar ġust u trasparenti lis-suġġett tad-data:
|
(a)
|
il-perjodu li matulu d-data personali tkun se tinħażen, jew jekk dak ma jkunx possibbli, il-kriterji użati biex jiġi ddeterminat dak il-perjodu;
|
|
(b)
|
l-eżistenza tad-dritt li jitlob mingħand il-kontrollur aċċess jew rettifika jew tħassir ta’ data personali jew restrizzjoni tal-ipproċessar rigward is-suġġett tad-data jew, meta jkun applikabbli, id-dritt li joġġezzjona għall-ipproċessar jew id-dritt għall-portabbiltà tad-data;
|
|
(c)
|
meta l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-punt (d) tal-Artikolu 5(1) jew il-punt (a) tal-Artikolu 10(2), l-eżistenza tad-dritt li jiġi rtirat il-kunsens fi kwalunkwe ħin, mingħajr ma tiġi affettwata l-legalità tal-ipproċessar abbażi ta’ kunsens qabel l-irtirar tiegħu;
|
|
(d)
|
id-dritt ta’ tressiq ta’ lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data;
|
|
(e)
|
jekk il-forniment ta’ data personali huwiex rekwiżit statutorju jew kuntrattwali, jew rekwiżit meħtieġ biex wieħed jidħol f’kuntratt, kif ukoll jekk is-suġġett tad-data huwiex obbligat jipprovdi d-data personali u l-konsegwenzi possibbli meta wieħed jonqos milli jipprovdi tali data;
|
|
(f)
|
l-eżistenza ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzat inkluż it-tfassil ta’ profili msemmi fl-Artikolu 24(1) u (4) u għallinqas f’dawk il-każijiet, l-informazzjoni importanti dwar il-loġika involuta, kif ukoll is-sinifikat u l-konsegwenzi previsti ta’ tali pproċessar għas-suġġett tad-data.
|
|
|
Artikolu 15 3
|
3. Meta l-kontrollur ikollu l-intenzjoni li jipproċessa d-data personali ulterjorment għal fini differenti minn dak li għalih tkun inġabret id-data personali, il-kontrollur għandu jipprovdi lis-suġġett tad-data, qabel dak l-ipproċessar ulterjuri, informazzjoni dwar dak il-fini l-ieħor u kwalunkwe informazzjoni ulterjuri rilevanti kif imsemmi fil-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 15 4
|
4. Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw meta u sa fejn is-suġġett tad-data diġà jkollu l-informazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 21.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1725
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|