+Artikolu 17 Dritt ta’ aċċess mis-suġġett tad-data
---+Artikolu 17 1
---+Artikolu 17 2
---+Artikolu 17 3
---+Artikolu 17 4
|
Artikolu 17 Dritt ta’ aċċess mis-suġġett tad-data
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17 1
|
1. Is-suġġett tad-data għandu jkollu d-dritt li jikseb mingħand il-kontrollur konferma dwar jekk id-data personali li tikkonċerna lilu tkunx qiegħda tiġi pproċessata jew le, u, meta dan ikun il-każ, l-aċċess għad-data personali u l-informazzjoni li ġejja:
|
(a)
|
il-finijiet tal-ipproċessar;
|
|
(b)
|
il-kategoriji tad-data personali inkwistjoni;
|
|
(c)
|
ir-riċevituri jew il-kategoriji ta’ riċevituri li lilhom tkun ġiet divulgata jew tkun se tiġi żvelata d-data personali, b’mod partikolari riċevituri f’pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali;
|
|
(d)
|
meta jkun possibbli, il-perjodu mbassar li matulu d-data personali tkun se tinħażen, jew jekk mhux possibbli, il-kriterji użati biex jiġi ddeterminat dak il-perjodu;
|
|
(e)
|
l-eżistenza tad-dritt li jitlob mingħand il-kontrollur rettifika jew tħassir tad-data personali jew restrizzjoni tal-ipproċessar tad-data personali rigward is-suġġett tad-data jew li joġġezzjona għal tali pproċessar;
|
|
(f)
|
id-dritt ta’ tressiq ta’ lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data;
|
|
(g)
|
meta d-data personali ma tinġabarx mis-suġġett tad-data, kwalunkwe informazzjoni disponibbli rigward is-sors tagħha;
|
|
(h)
|
l-eżistenza ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzat, inkluż it-tfassil ta’ profili, imsemmi fl-Artikolu 24(1) u (4) u, għallinqas f’dawk il-każijiet, l-informazzjoni importanti dwar il-loġika involuta, kif ukoll is-sinifikat u l-konsegwenzi previsti ta’ tali pproċessar għas-suġġett tad-data.
|
|
|
Artikolu 17 2
|
2. Meta d-data personali tkun trasferita lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali, is-suġġett tad-data għandu jkollu d-dritt li jiġi informat rigward is-salvagwardji adatti skont l-Artikolu 48 rigward it-trasferiment.
|
|
Artikolu 17 3
|
3. Il-kontrollur għandu jipprovdi kopja tad-data personali li tkun qiegħda tiġi pproċessata. Meta s-suġġett tad-data jagħmel it-talba b’mezzi elettroniċi, u dment li ma jkunx mitlub mod ieħor mis-suġġett tad-data, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta f’forma elettronika użata b’mod komuni.
|
|
Artikolu 17 4
|
4. Id-dritt li tinkiseb kopja msemmija fil-paragrafu 3 ma għandux jaffettwa b’mod negattiv id-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 21.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1725
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|