1. Is-suġġett tad-data għandu d-dritt li joġġezzjona, għal raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni partikolari tiegħu, fi kwalunkwe mument, għall-ipproċessar ta’ data personali li tikkonċerna lilu li hija bbażata fuq il-punt (a) tal-Artikolu 5(1), inkluż it-tfassil ta’ profili abbażi ta’ dik id-dispożizzjoni. Il-kontrollur ma għandux jibqa’ jipproċessa d-data personali sakemm il-kontrollur ma jagħtix raġunijiet leġittimi konvinċenti għall-ipproċessar li jegħlbu l-interessi, id-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data jew għall-istabbiliment, l-eżerċitar jew id-difiża ta’ talbiet legali.