+Artikolu 23 Dritt għal oġġezzjoni
---+Artikolu 23 1
---+Artikolu 23 2
---+Artikolu 23 3
---+Artikolu 23 4
|
Artikolu 23 Dritt għal oġġezzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 23 1
|
1. Is-suġġett tad-data għandu d-dritt li joġġezzjona, għal raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni partikolari tiegħu, fi kwalunkwe mument, għall-ipproċessar ta’ data personali li tikkonċerna lilu li hija bbażata fuq il-punt (a) tal-Artikolu 5(1), inkluż it-tfassil ta’ profili abbażi ta’ dik id-dispożizzjoni. Il-kontrollur ma għandux jibqa’ jipproċessa d-data personali sakemm il-kontrollur ma jagħtix raġunijiet leġittimi konvinċenti għall-ipproċessar li jegħlbu l-interessi, id-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data jew għall-istabbiliment, l-eżerċitar jew id-difiża ta’ talbiet legali.
|
|
Artikolu 23 2
|
2. Mhux aktar tard mill-mument tal-ewwel komunikazzjoni mas-suġġett tad-data, id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinġieb għall-attenzjoni tas-suġġett tad-data b’mod espliċitu u għandu jiġi ppreżentat b’mod ċar u separatament minn kwalunkwe informazzjoni oħra.
|
|
Artikolu 23 3
|
3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 36 u 37, fil-kuntest tal-użu tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni, is-suġġett tad-data jista’ jeżerċita d-dritt tiegħu li joġġezzjona b’mezzi awtomatizzati permezz ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi.
|
|
Artikolu 23 4
|
4. Meta tiġi pproċessata data personali għal finijiet ta’ riċerka xjentifika jew storika jew għal finijiet ta’ statistika, is-suġġett tad-data, għal raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni partikolari tiegħu, għandu d-dritt li joġġezzjona għall-ipproċessar tad-data personali li tikkonċernah, sakemm l-ipproċessar ma jkunx neċessarju għall-prestazzjoni ta’ kompitu mwettaq għal raġunijiet ta’ interess pubbliku.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 21.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1725
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|