3. Meta data personali tiġi pproċessata għal finijiet ta’ riċerka xjentifika jew storika jew għal finijiet ta’ statistika, il-liġi tal-Unjoni, li tista’ tinkludi regoli interni adottati minn istituzzjonijiet u korpi tal-Unjoni fi kwistjonijiet relatati mal-operat tagħhom, tista’ tipprevedi derogi mid-drittijiet imsemmija fl-Artikoli 17, 18, 20 u 23 soġġett għall-kundizzjonijiet u s-salvagwardji msemmija fl-Artikolu 13 sa fejn tali drittijiet x’aktarx jagħmlu impossibbli jew ifixklu serjament l-ilħuq ta’ għanijiet speċifiċi, u tali derogi jkunu meħtieġa għas-sodisfar ta’ dawk il-finijiet.