+Artikolu 25 Restrizzjonijiet
---+Artikolu 25 1
---+Artikolu 25 2
---+Artikolu 25 3
---+Artikolu 25 4
---+Artikolu 25 5
---+Artikolu 25 6
---+Artikolu 25 7
---+Artikolu 25 8
|
Artikolu 25 Restrizzjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 25 1
|
1. L-atti legali adottati fuq il-bażi tat-Trattati jew, fi kwistjonijiet relatati mal-operat tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, ir-regoli interni stabbiliti minn dawn tal-aħħar jistgħu jirrestrinġu l-applikazzjoni tal-Artikoli 14 sa 22, 35, u 36 kif ukoll l-Artikolu 4 sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jikkorrispondu għad-drittijiet u għall-obbligi previsti fl-Artikoli 14 sa 22, meta t-tali restrizzjoni tirrispetta l-essenza tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u tkun miżura neċessarja u proporzjonata f’soċjetà demokratika sabiex tissalvagwardja:
|
(a)
|
is-sigurtà nazzjonali, is-sigurtà pubblika jew id-difiża tal-Istati Membri;
|
|
(b)
|
il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, inklużi s-salvagwardji kontra u l-prevenzjoni ta’ theddidiet għas-sigurtà pubblika;
|
|
(c)
|
objettivi importanti oħrajn ta’ interess pubbliku ġenerali tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, b’mod partikolari l-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-Unjoni jew interess ekonomiku jew finanzjarju importanti tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, inkluż kwistjonijiet monetarji, baġitarji u fiskali, is-saħħa pubblika u s-sigurtà soċjali;
|
|
(d)
|
is-sigurtà interna tal-istituzzjonijiet u tal-korpi tal-Unjoni, inklużi n-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi tagħhom;
|
|
(e)
|
il-protezzjoni tal-indipendenza ġudizzjarja u l-proċedimenti ġudizzjarji;
|
|
(f)
|
il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ ksur ta’ etika għal professjonijiet regolati;
|
|
(g)
|
funzjoni ta’ monitoraġġ, ta’ ispezzjoni jew funzjoni regolatorja marbuta, anki jekk okkażjonalment, mal-eżerċitar ta’ awtorità uffiċjali f’każijiet imsemmija fil-punti (a) sa (c);
|
|
(h)
|
il-protezzjoni tas-suġġett tad-data jew id-drittijiet u l-libertajiet ta’ persuni oħrajn;
|
|
(i)
|
l-infurzar ta’ pretensjonijiet skont id-dritt ċivili.
|
|
|
Artikolu 25 2
|
2. B’mod partikolari, kwalunkwe att legali jew regola interna msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha dispożizzjonijiet speċifiċi, meta jkun rilevanti, dwar:
|
(a)
|
il-finijiet tal-ipproċessar jew il-kategoriji tal-ipproċessar;
|
|
(b)
|
il-kategoriji ta’ data personali;
|
|
(c)
|
il-kamp ta’ applikazzjoni tar-restrizzjonijiet introdotti;
|
|
(d)
|
is-salvagwardji għall-prevenzjoni tal-abbuż jew tal-aċċess jew it-trasferiment illegali;
|
|
(e)
|
l-ispeċifikazzjoni tal-kontrollur jew il-kategoriji tal-kontrolluri;
|
|
(f)
|
il-perjodi ta’ ħżin u s-salvagwardji applikabbli b’kont meħud tan-natura, l-ambitu u l-finijiet tal-ipproċessar jew il-kategoriji tal-ipproċessar; u
|
|
(g)
|
ir-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data;
|
|
|
Artikolu 25 3
|
3. Meta data personali tiġi pproċessata għal finijiet ta’ riċerka xjentifika jew storika jew għal finijiet ta’ statistika, il-liġi tal-Unjoni, li tista’ tinkludi regoli interni adottati minn istituzzjonijiet u korpi tal-Unjoni fi kwistjonijiet relatati mal-operat tagħhom, tista’ tipprevedi derogi mid-drittijiet imsemmija fl-Artikoli 17, 18, 20 u 23 soġġett għall-kundizzjonijiet u s-salvagwardji msemmija fl-Artikolu 13 sa fejn tali drittijiet x’aktarx jagħmlu impossibbli jew ifixklu serjament l-ilħuq ta’ għanijiet speċifiċi, u tali derogi jkunu meħtieġa għas-sodisfar ta’ dawk il-finijiet.
|
|
Artikolu 25 4
|
4. Meta data personali tiġi pproċessata għal finijiet ta’ arkivjar fl-interess pubbliku, il-liġi tal-Unjoni, li tista’ tinkludi regoli interni adottati minn istituzzjonijiet u korpi tal-Unjoni fi kwistjonijiet relatati mal-operat tagħhom, tista’ tipprevedi derogi mid-drittijiet imsemmija fl-Artikoli 17, 18, 20, 21, 22 u 23 soġġett għall-kundizzjonijiet u s-salvagwardji msemmija fl-Artikolu 13 sa fejn tali drittijiet x’aktarx jagħmlu impossibbli jew ifixklu serjament l-ilħuq tal-finijiet speċifiċi, u tali derogi jkunu meħtieġa għat-twettiq ta’ dawk il-finijiet.
|
|
Artikolu 25 5
|
5. Ir-regoli interni msemmijin fil-paragrafi 1, 3 u 4 għandhom ikunu atti ċari u preċiżi ta’ applikazzjoni ġenerali intenzjonati biex jipproduċu effetti legali fir-rigward tas-suġġetti tad-data, adottati fl-ogħla livell ta’ tmexxija tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni u jkunu soġġetti għal pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
|
|
Artikolu 25 6
|
6. Jekk tiġi imposta restrizzjoni skont il-paragrafu 1, is-suġġett tad-data għandu jiġi infurmat f’konformità mal-liġi tal-Unjoni dwar ir-raġunijiet prinċipali li fuqhom hija bbażata l-applikazzjoni tar-restrizzjoni u dwar id-dritt li jressaq ilment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
|
|
Artikolu 25 7
|
7. Jekk titħaddem restrizzjoni imposta skont il-paragrafu 1 sabiex jiċċaħħad l-aċċess għas-suġġett tad-data, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu, meta jinvestiga l-ilment, jinfurmah biss dwar jekk id-data tkunx ġiet ipproċessata b’mod korrett u, jekk le, jekk tkunx saret xi korrezzjoni neċessarja.
|
|
Artikolu 25 8
|
8. Il-forniment tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 6 u 7 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 45(2) jista’ jiġi differit, jitħalla barra jew jiġi mċaħħad jekk jikkanċella l-effett tar-restrizzjoni imposta skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 21.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1725
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|