4. Meta data personali tiġi pproċessata għal finijiet ta’ arkivjar fl-interess pubbliku, il-liġi tal-Unjoni, li tista’ tinkludi regoli interni adottati minn istituzzjonijiet u korpi tal-Unjoni fi kwistjonijiet relatati mal-operat tagħhom, tista’ tipprevedi derogi mid-drittijiet imsemmija fl-Artikoli 17, 18, 20, 21, 22 u 23 soġġett għall-kundizzjonijiet u s-salvagwardji msemmija fl-Artikolu 13 sa fejn tali drittijiet x’aktarx jagħmlu impossibbli jew ifixklu serjament l-ilħuq tal-finijiet speċifiċi, u tali derogi jkunu meħtieġa għat-twettiq ta’ dawk il-finijiet.