+Artikolu 29 Il-proċessur
---+Artikolu 29 1
---+Artikolu 29 2
---+Artikolu 29 3
---+Artikolu 29 4
---+Artikolu 29 5
---+Artikolu 29 6
---+Artikolu 29 7
---+Artikolu 29 8
---+Artikolu 29 9
---+Artikolu 29 10
|
Artikolu 29 Il-proċessur
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 29 1
|
1. Fejn l-ipproċessar ikun se isir f’isem kontrollur, il-kontrollur għandu juża biss proċessuri li jagħtu garanziji suffiċjenti biex jiġu implimentati miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa b’tali mod li l-ipproċessar jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-data.
|
|
Artikolu 29 2
|
2. Il-proċessur m’għandux jimpjega proċessur ieħor mingħajr l-awtorizzazzjoni bil-miktub, speċifika jew ġenerali, minn qabel tal-kontrollur. Fil-każ tal-awtorizzazzjoni ġenerali bil-miktub, il-proċessur għandu jgħarraf lill-kontrollur bi kwalunkwe intenzjoni ta’ tibdil rigward iż-żieda jew is-sostituzzjoni ta’ proċessuri oħrajn, biex b’hekk jagħti l-opportunità lill-kontrollur joġġezzjona għal tali tibdiliet.
|
|
Artikolu 29 3
|
3. L-ipproċessar minn proċessur għandu jkun regolat minn kuntratt jew att legali ieħor taħt il-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, li jorbot lill-proċessur fir-rigward tal-kontrollur, u li jistabbilixxi s-suġġett u t-tul tal-ipproċessar, in-natura u l-fini tal-ipproċessar, it-tip ta’ data personali u l-kategoriji tas-suġġetti tad-data u l-obbligi u d-drittijiet tal-kontrollur. Dak il-kuntratt jew att legali ieħor għandu jistipula, b’mod partikolari, li l-proċessur:
|
(a)
|
jipproċessa d-data personali biss fuq istruzzjonijiet iddokumentati mill-kontrollur, inkluż fir-rigward tat-trasferimenti ta’ data personali lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali, sakemm ma jkunx rikjest jagħmel dan mil-liġi tal-Unjoni jew tal-Istati Membri li għalih huwa suġġett il-proċessur; f’dan il-każ, il-proċessur għandu jinforma lill-kontrollur dwar dak ir-rekwiżit legali qabel l-ipproċessar, sakemm dik il-liġi ma tipprojbixxix tali informazzjoni għal raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku;
|
|
(b)
|
jiżgura li l-persuni awtorizzati biex jipproċessaw id-data personali jkunu impenjaw ruħhom li jżommu l-kunfidenzjalità jew li jkunu taħt obbligu statutorju xieraq ta’ kunfidenzjalità;
|
|
(c)
|
jieħu l-miżuri kollha mitluba skont l-Artikolu 33;
|
|
(d)
|
jirrispetta l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 4 għall-ingaġġ ta’ proċessur ieħor;
|
|
(e)
|
iqis in-natura tal-ipproċessar, jassisti lill-kontrollur permezz ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa, sa fejn dan ikun possibbli, għat-twettiq tal-obbligu tal-kontrollur li jwieġeb għat-talbiet tal-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġett tad-data mniżżla fil-Kapitolu III;
|
|
(f)
|
jassisti lill-kontrollur sabiex jiżgura l-konformità mal-obbligi skont l-Artikoli 33 sa 41 waqt li titqies in-natura tal-ipproċessar u l-informazzjoni disponibbli lill-proċessur;
|
|
(g)
|
fuq l-għażla tal-kontrollur, iħassar jew jirritorna d-data personali kollha lill-kontrollur wara li jintemm il-forniment ta’ servizzi relatati mal-ipproċessar ta’ data, u jħassar il-kopji eżistenti sakemm il-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru ma jirrikjedix li d-data personali tinħażen;
|
|
(h)
|
jagħmel disponibbli għall-kontrollur kull informazzjoni meħtieġa biex tintwera konformità mal-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu u jippermetti u jikkontribwixxi għal verifiki, inklużi ispezzjonijiet imwettqa mill-kontrollur jew minn awditur ieħor li jkun ingħata mandat mill-kontrollur.
|
Fir-rigward tal-punt (h) tal-ewwel subparagrafu, il-proċessur għandu jgħarraf minnufih lill-kontrollur jekk, fl-opinjoni tiegħu, istruzzjoni tikser dan ir-Regolament jew dispożizzjonijiet oħrajn tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru dwar il-protezzjoni tad-data.
|
|
Artikolu 29 4
|
4. Meta proċessur jingaġġa proċessur ieħor biex iwettaq attivitajiet speċifiċi ta’ pproċessar f’isem il-kontrollur, l-istess obbligi ta’ protezzjoni tad-data kif jinsabu fil-kuntratt jew att legali ieħor bejn il-kontrollur u l-proċessur kif imsemmijin fil-paragrafu 3 għandhom jiġu imposti fuq dak il-proċessur l-ieħor permezz ta’ kuntratt jew att legali ieħor skont il-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, li b’mod partikolari jagħtu garanziji suffiċjenti biex jiġu implimentati miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa b’tali mod li l-ipproċessar jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Meta dak il-proċessur l-ieħor jonqos milli jħares l-obbligi tiegħu għall-protezzjoni tad-data, il-proċessur inizjali għandu jibqa’ kompletament responsabbli quddiem il-kontrollur għat-twettiq tal-obbligi ta’ dak il-proċessur l-ieħor.
|
|
Artikolu 29 5
|
5. Meta proċessur ma jkunx istituzzjoni jew korp tal-Unjoni, l-aderenza tiegħu ma’ kodiċi ta’ kondotta approvat kif imsemmi fl-Artikolu 40(5) tar-Regolament (UE) 2016/679 jew mekkaniżmu ta’ ċertifikazzjoni approvat imsemmi fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2016/679 tista’ tintuża bħala element li bih jintwerew garanziji suffiċjenti kif imsemmija fil-paragrafi 1 u 4 ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 29 6
|
6. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe kuntratt individwali bejn il-kontrollur u l-proċessur, il-kuntratt jew l-att legali l-ieħor imsemmi fil-paragrafu 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jkunu bbażati, b’mod sħiħ jew parzjalment, fuq klawżoli kuntrattwali standard imsemmija fil-paragrafi 7 u 8 ta’ dan l-Artikolu inkluż meta jagħmlu parti minn ċertifikazzjoni mogħtija lill-proċessur li mhuwiex istituzzjoni jew korp tal-Unjoni skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2016/679.
|
|
Artikolu 29 7
|
7. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi klawżoli kuntrattwali standard għal kwistjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu u f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 96(2).
|
|
Artikolu 29 8
|
8. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jista’ jadotta klawżoli kuntrattwali standard għall-materji msemmijin fil-paragrafi 3 u 4.
|
|
Artikolu 29 9
|
9. Il-kuntratt jew l-att legali l-ieħor imsemmi fil-paragrafi 3 u 4 għandu jkun bil-miktub, inkluż f’forma elettronika.
|
|
Artikolu 29 10
|
10. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 65 u 66, jekk proċessur jikser dan ir-Regolament billi jiddetermina l-għanijiet u l-mezzi tal-ipproċessar, il-proċessur għandu jitqies bħala kontrollur fir-rigward ta’ dak l-ipproċessar.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 21.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1725
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|