+Artikolu 35 Komunikazzjoni ta’ ksur ta’ data personali lis-suġġett tad-data
---+Artikolu 35 1
---+Artikolu 35 2
---+Artikolu 35 3
---+Artikolu 35 4

Artikolu 35 Komunikazzjoni ta’ ksur ta’ data personali lis-suġġett tad-data

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 35 1

1.   Meta l-ksur ta’ data personali probabbilment ikun se jirriżulta f’riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi, il-kontrollur għandu jikkomunika l-ksur ta’ data personali lis-suġġett tad-data mingħajr dewmien bla bżonn.

Artikolu 35 2

2.   Il-komunikazzjoni lis-suġġett tad-data msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tiddeskrivi b’lingwaġġ ċar u sempliċi n-natura tal-ksur ta’ data personali u tinkludi mill-inqas l-informazzjoni u l-miżuri imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 34(3).

Artikolu 35 3

3.   Il-komunikazzjoni lis-suġġett tad-data msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun obbligatorja jekk kwalunkwe waħda minn dawn il-kundizzjonijiet tkun issodisfata:

(a)

il-kontrollur ikun implimenta miżuri ta’ protezzjoni tekniċi u organizzattivi xierqa, u dawk il-miżuri ġew applikati għad-data personali affettwata mill-ksur ta’ data personali, b’mod partikolari dawk li jagħmlu d-data personali ma tinftihemx minn kwalunkwe persuna li ma tkunx awtorizzata biex taċċedi għaliha, bħall-kriptaġġ;

(b)

il-kontrollur ħa miżuri sussegwenti li jiżguraw li r-riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data msemmija fil-paragrafu 1 m’hemmx aktar il-probabbiltà li jimmaterjalizza;

(c)

tinvolvi sforz sproporzjonat. F’każ bħal dan, minflok għandu jkun hemm komunikazzjoni pubblika jew miżura simili fejn is-suġġetti tad-data jiġu infurmati b’mod daqstant effettiv.

Artikolu 35 4

4.   Jekk il-kontrollur ma jkunx diġà kkomunika l-ksur tad-data personali lis-suġġett tad-data, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, wara li jkun ikkunsidra l-probabbiltà li l-ksur tad-data personali jirriżulta f’riskju għoli, jista’ jesiġi li jagħmel dan jew jista’ jiddeċiedi li xi kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 jkunu ssodisfati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 21.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1725
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.