+Artikolu 39 Valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data
---+Artikolu 39 1
---+Artikolu 39 2
---+Artikolu 39 3
---+Artikolu 39 4
---+Artikolu 39 5
---+Artikolu 39 6
---+Artikolu 39 7
---+Artikolu 39 8
---+Artikolu 39 9
---+Artikolu 39 10
---+Artikolu 39 11

Artikolu 39 Valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 39 1

1.   Meta tip ta’ pproċessar, b’mod partikolari bl-użu ta’ teknoloġiji ġodda, u waqt li jitqiesu n-natura, l-ambitu, il-kuntest u l-finijiet tal-ipproċessar, x’aktarx jirriżulta f’livell għoli ta’ riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi, il-kontrollur għandu, qabel l-ipproċessar, iwettaq valutazzjoni tal-impatt tal-attivitajiet ta’ pproċessar previsti fuq il-protezzjoni tad-data personali. Valutazzjoni unika tista’ tindirizza sett ta’ attivitajiet ta’ pproċessar simili li jippreżentaw riskji għoljin simili.

Artikolu 39 2

2.   Il-kontrollur għandu jfittex il-parir tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data meta jwettaq valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data.

Artikolu 39 3

3.   Valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data msemmija fil-paragrafu 1 għandha b’mod partikolari tkun rikjesta fil-każ ta’:

(a)

evalwazzjoni sistematika u estensiva tal-aspetti personali relatati ma’ persuni fiżiċi, li hija bbażata fuq l-ipproċessar awtomatizzat, inkluż it-tfassil tal-profili, u li fuqha huma bbażati deċiżjonijiet li jipproduċu effetti legali li jikkonċernaw lill-persuna fiżika jew li jaffettwaw b’mod sinifikanti b’mod simili lill-persuna fiżika;

(b)

l-ipproċessar fuq skala kbira ta’ kategoriji speċjali ta’ data msemmija fl-Artikolu 10, jew ta’ data personali relatata ma’ kundanni u reati kriminali msemmija fl-Artikolu 11; jew

(c)

il-monitoraġġ sistematiku ta’ żona aċċessibbli għall-pubbliku fuq skala kbira.

Artikolu 39 4

4.   Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jistabbilixxi u jippubblika lista tat-tipi ta’ attivitajiet ta’ pproċessar li huma soġġetti għat-talba ta’ valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data skont il-paragrafu 1.

Artikolu 39 5

5.   Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jista’ wkoll jistabbilixxi u jippubblika lista tat-tipi ta’ attivitajiet ta’ pproċessar li għalihom ma tkun rikjesta l-ebda valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data.

Artikolu 39 6

6.   Qabel l-adozzjoni tal-listi msemmija fil-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jitlob li l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data stabbilit bl-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) 2016/679 jeżamina tali listi f’konformità mal-punt (e) tal-Artikolu 70(1) ta’ dak ir-Regolament, meta jirreferu għal attivitajiet ta’ pproċessar minn kontrollur li jaġixxi b’mod konġunt ma’ kontrollur wieħed jew aktar għajr istituzzjonijiet u korpi tal-Unjoni.

Artikolu 39 7

7.   Il-valutazzjoni għandha tinkludi minn tal-inqas:

(a)

deskrizzjoni dettaljata tal-attivitajiet ta’ pproċessar previsti u tal-iskopijiet tal-ipproċessar;

(b)

valutazzjoni tal-bżonn u l-proporzjonalità tal-attivitajiet ta’ pproċessar b’rabta mal-iskopijiet;

(c)

valutazzjoni tar-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data msemmija fil-paragrafu 1; u

(d)

il-miżuri previsti biex jindirizzaw ir-riskji, inkluż is-salvagwardji, miżuri ta’ sigurtà u mekkaniżmi li jiżguraw il-protezzjoni ta’ data personali u li juru l-konformità ma’ dan ir-Regolament, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-drittijiet u l-interessi leġittimi tas-suġġetti tad-data u persuni oħrajn ikkonċernati.

Artikolu 39 8

8.   Il-konformità mal-kodiċijiet ta’ kondotta approvati msemmija fl-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) 2016/679 mill-proċessuri rilevanti għajr l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni għandha tiġi kkunsidrata b’mod dovut fil-valutazzjoni tal-impatt tal-attivitajiet ta’ pproċessar imwettqa minn tali proċessuri, b’mod partikolari għall-finijiet ta’ valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data.

Artikolu 39 9

9.   Meta jkun xieraq, il-kontrollur għandu jfittex il-fehmiet tas-suġġetti tad-data jew tar-rappreżentanti tagħhom dwar l-ipproċessar intenzjonat, mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni ta’ interessi pubbliċi jew għas-sigurtà tal-attivitajiet ta’ pproċessar.

Artikolu 39 10

10.   Meta l-ipproċessar skont il-punt (a) jew (b) tal-Artikolu 5(1) ikollu bażi ġuridika f’att legali adottat fuq il-bażi tat-Trattati, li jirregola l-attività jew is-sett ta’ attivitajiet ta’ pproċessar speċifiċi inkwistjoni, u fejn diġà tkun saret valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data bħala parti minn valutazzjoni tal-impatt ġenerali qabel l-adozzjoni ta’ dak l-att legali, il-paragrafi 1 sa 6 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw sakemm dak l-att legali ma jistipulax mod ieħor.

Artikolu 39 11

11.   Meta jkun meħtieġ, il-kontrollur għandu jwettaq rieżami biex jivvaluta jekk l-ipproċessar ikunx qed isir f’konformità mal-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data mill-inqas meta jkun hemm bidla fir-riskju mill-attivitajiet ta’ pproċessar.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 21.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1725
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.