1. Meta tip ta’ pproċessar, b’mod partikolari bl-użu ta’ teknoloġiji ġodda, u waqt li jitqiesu n-natura, l-ambitu, il-kuntest u l-finijiet tal-ipproċessar, x’aktarx jirriżulta f’livell għoli ta’ riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi, il-kontrollur għandu, qabel l-ipproċessar, iwettaq valutazzjoni tal-impatt tal-attivitajiet ta’ pproċessar previsti fuq il-protezzjoni tad-data personali. Valutazzjoni unika tista’ tindirizza sett ta’ attivitajiet ta’ pproċessar simili li jippreżentaw riskji għoljin simili.