+Artikolu 40 Konsultazzjoni minn qabel
---+Artikolu 40 1
---+Artikolu 40 2
---+Artikolu 40 3
---+Artikolu 40 4
|
Artikolu 40 Konsultazzjoni minn qabel
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 40 1
|
1. Il-kontrollur għandu jikkonsulta mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data qabel l-ipproċessar meta valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data skont l-Artikolu 39 tindika li l-ipproċessar ikun jirriżulta, fin-nuqqas ta’ salvagwardji, miżuri ta’ sigurtà u mekkaniżmi biex jittaffa r-riskju, f’riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi u l-kontrollur ikun tal-opinjoni li r-riskju ma jistax jittaffa b’mod raġonevoli fid-dawl tal-mezzi teknoloġiċi disponibbli u l-kostijiet tal-implimentazzjoni. Il-kontrollur għandu jfittex il-pariri tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data dwar il-bżonn ta’ konsultazzjoni minn qabel.
|
|
Artikolu 40 2
|
2. Meta l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jkun tal-opinjoni li l-ipproċessar intenzjonat imsemmi fil-paragrafu 1 jikser dan ir-Regolament, b’mod partikolari fejn il-kontrollur ma jkunx identifika jew taffa biżżejjed ir-riskju, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu, f’perjodu sa tmien ġimgħat wara li jirċievi t-talba għall-konsultazzjoni, jipprovdi parir bil-miktub lill-kontrollur, u, fejn applikabbli għall-proċessur, u jista’ juża kwalunkwe waħda mis-setgħat tiegħu msemmija fl-Artikolu 58. Dak il-perjodu jista’ jiġi estiż għal sitt ġimgħat, filwaqt li titqies il-kumplessità tal-ipproċessar intenzjonat. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jinforma lill-kontrollur, u meta applikabbli, lill-proċessur, dwar kwalunkwe estensjoni fi żmien xahar minn meta jirċievi t-talba għal konsultazzjoni flimkien mar-raġunijiet għad-dewmien. Dawk il-perjodi jistgħu jiġu sospiżi sakemm il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jkun kiseb informazzjoni li jkun talab għal finijiet ta’ konsultazzjoni.
|
|
Artikolu 40 3
|
3. Meta jikkonsulta mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data skont il-paragrafu 1, il-kontrollur għandu jipprovdi lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data:
|
(a)
|
fejn applikabbli, bir-responsabbiltajiet rispettivi ta’ kontrollur, ta’ kontrolluri u ta’ proċessuri konġunti involuti fl-ipproċessar;
|
|
(b)
|
bil-finijiet u l-mezzi tal-ipproċessar intenzjonat;
|
|
(c)
|
bil-miżuri u s-salvagwardji previsti biex jipproteġu d-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data skont dan ir-Regolament;
|
|
(d)
|
bid-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data;
|
|
(e)
|
bil-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data prevista fl-Artikolu 39; u
|
|
(f)
|
bi kwalunkwe informazzjoni oħra mitluba mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
|
|
|
Artikolu 40 4
|
4. Permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tiddetermina lista ta’ każijiet li fihom il-kontrolluri għandhom jikkonsultaw lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u jiksbu awtorizzazzjoni minn qabel mingħandu b’rabta mal-ipproċessar ta’ data personali għat-twettiq ta’ kompitu mwettaq mill-kontrollur fl-interess pubbliku, inkluż l-ipproċessar tat-tali data b’rabta mal-protezzjoni soċjali u mas-saħħa pubblika.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 21.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1725
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|