+Artikolu 44 Pożizzjoni tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data
---+Artikolu 44 1
---+Artikolu 44 2
---+Artikolu 44 3
---+Artikolu 44 4
---+Artikolu 44 5
---+Artikolu 44 6
---+Artikolu 44 7
---+Artikolu 44 8
---+Artikolu 44 9
|
Artikolu 44 Pożizzjoni tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 44 1
|
1. L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni għandhom jiżguraw li l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data jkun involut kif dovut u mingħajr dewmien fil-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw il-protezzjoni ta’ data personali.
|
|
Artikolu 44 2
|
2. L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni għandhom jappoġġaw lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data fit-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 45 billi jipprovdu r-riżorsi meħtieġa biex iwettaq dawk il-kompiti u aċċess għad-data personali u l-attivitajiet ta’ pproċessar, u jsostnu l-għarfien espert tiegħu.
|
|
Artikolu 44 3
|
3. L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni għandhom jiżguraw li l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data ma jirċievi l-ebda istruzzjoni dwar l-eżerċitar ta’ dawk il-kompiti. Huwa ma għandux jitkeċċa jew ikun penalizzat mill-kontrollur jew mill-proċessur minħabba t-twettiq tal-kompiti tiegħu. L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data għandu jirrapporta b’mod dirett lill-ogħla livell ta’ maniġment tal-kontrollur jew tal-proċessur.
|
|
Artikolu 44 4
|
4. Is-suġġetti tad-data jistgħu jikkuntattjaw lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data fir-rigward tal-kwistjonijiet kollha relatati mal-ipproċessar tad-data personali tagħhom u għall-eżerċitar tad-drittijiet tagħhom taħt dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 44 5
|
5. L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data u l-persunal tiegħu għandhom ikunu marbuta b’segretezza jew b’kunfidenzjalità dwar il-qadi ta’ dmirijiethom, skont il-liġi tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 44 6
|
6. L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data jista’ jwettaq kompiti u dmirijiet oħra. Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jiżgura li kwalunkwe wieħed minn dawn il-kompiti u dmirijiet ma jirriżultawx f’kunflitt ta’ interess.
|
|
Artikolu 44 7
|
7. L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data jista’ jiġi kkonsultat mill-kontrollur u mill-proċessur, mill-kumitat tal-persunal ikkonċernat u minn kwalunkwe individwu fuq kwalunkwe kwistjoni li tikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, mingħajr ma dawn jgħaddu mill-kanali uffiċjali. Ħadd ma għandu jbati preġudizzju fuq il-bażi ta’ kwistjoni mressqa quddiem l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data kompetenti li tallega li seħħ ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 44 8
|
8. L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data għandu jinħatar għal mandat ta’ tlieta sa ħames snin u għandu jkun eliġibbli sabiex jerġa’ jinħatar. L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data jista’ jingħata s-sensja mill-istituzzjoni jew mill-korp tal-Unjoni li jkunu ħatruh jekk ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għat-twettiq ta’ dmirijietu u biss bil-kunsens tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
|
|
Artikolu 44 9
|
9. Wara l-ħatra tiegħu, l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data għandu jiġi rreġistrat mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data mill-istituzzjoni jew mill-korp tal-Unjoni li jkunu ħatruh.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 21.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1725
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|