1. Trasferiment ta’ data personali lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali jista’ jseħħ meta l-Kummissjoni tkun iddeċidiet, skont l-Artikolu 45(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 jew skont l-Artikolu 36(3) tad-Direttiva (UE) 2016/680 li l-pajjiż terz, territorju jew settur speċifikat wieħed jew aktar fi ħdan dak il-pajjiż terz, jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni tiżgura livell adegwat ta’ protezzjoni u meta d-data personali hija ttrasferita biss sabiex ikunu jistgħu jitwettqu l-kompiti fi ħdan il-kompetenza tal-kontrollur.