+Artikolu 48 Trasferimenti soġġetti għal salvagwardji xierqa
---+Artikolu 48 1
---+Artikolu 48 2
---+Artikolu 48 3
---+Artikolu 48 4
---+Artikolu 48 5
|
Artikolu 48 Trasferimenti soġġetti għal salvagwardji xierqa
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 48 1
|
1. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 45(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 jew l-Artikolu 36(3) tad-Direttiva (UE) 2016/680, kontrollur jew proċessur jista’ jittrasferixxi data personali lejn pajjiż terz jew lejn organizzazzjoni internazzjonali biss jekk il-kontrollur jew il-proċessur ikun ipprovda salvagwardji xierqa, u bil-kundizzjoni li jkunu disponibbli drittijiet infurzabbli tas-suġġett tad-data u rimedji legali effettivi għas-suġġetti tad-data.
|
|
Artikolu 48 2
|
2. Is-salvagwardji xierqa msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jkunu previsti, mingħajr ma jkun hemm bżonn ta’ ebda awtorizzazzjoni speċifika mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, permezz ta’:
|
(a)
|
strument legalment vinkolanti u infurzabbli bejn awtoritajiet jew korpi pubbliċi;
|
|
(b)
|
klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-data adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 96(2);
|
|
(c)
|
klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-data adottati mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u approvati mill-Kummissjoni skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 96(2);
|
|
(d)
|
meta l-proċessur ma jkunx istituzzjoni jew korp tal-Unjoni, regoli korporattivi vinkolanti, kodiċi ta’ kondotta jew mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni skont il-punti (b), (e) u (f) tal-Artikolu 46(2) tar-Regolament (UE) 2016/679.
|
|
|
Artikolu 48 3
|
3. Soġġett għall-awtorizzazzjoni mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, is-salvagwardji xierqa msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu wkoll jiġu previsti, b’mod partikolari permezz ta’:
|
(a)
|
klawżoli kuntrattwali bejn il-kontrollur jew il-proċessur u l-kontrollur, il-proċessur jew ir-riċevitur tad-data personali fil-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali; jew
|
|
(b)
|
dispożizzjonijiet li għandhom jiddaħħlu f’arranġamenti amministrattivi bejn l-awtoritajiet jew il-korpi pubbliċi li jinkludu drittijiet infurzabbli u effettivi tas-suġġett tad-data.
|
|
|
Artikolu 48 4
|
4. L-awtorizzazzjonijiet mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data abbażi tal-Artikolu 9(7) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandhom jibqgħu validi sakemm jiġu emendati, sostitwiti jew imħassra, jekk meħtieġ, mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
|
|
Artikolu 48 5
|
5. L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni għandhom jinformaw lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-kategoriji ta’ każijiet li fihom ġie applikat dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 21.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1725
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|