+Artikolu 50 1
|
Artikolu 50 1
1. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza skont l-Artikolu 45(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 jew l-Artikolu 36(3) tad-Direttiva (UE) 2016/680, jew ta’ salvagwardji xierqa skont l-Artikolu 48 ta’ dan ir-Regolament, trasferiment jew sett ta’ trasferimenti ta’ data personali lejn pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali għandu jseħħ biss f’waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
is-suġġett tad-data jkun espliċitament ta kunsens għat-trasferiment propost, wara li jkun ġie informat bir-riskji possibbli ta’ tali trasferimenti għas-suġġett tad-data minħabba n-nuqqas ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza u salvagwardji xierqa;
|
|
(b)
|
it-trasferiment ikun meħtieġ għat-twettiq ta’ kuntratt bejn is-suġġett tad-data u l-kontrollur jew l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ qabel il-kuntratt meħuda fuq talba tas-suġġett tad-data;
|
|
(c)
|
it-trasferiment ikun meħtieġ għall-konklużjoni jew it-twettiq ta’ kuntratt konkluż fl-interess tas-suġġett tad-data bejn il-kontrollur u persuna fiżika jew ġuridika oħra;
|
|
(d)
|
it-trasferiment ikun meħtieġ għal raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku;
|
|
(e)
|
it-trasferiment ikun meħtieġ għall-istabbiliment, l-eżerċitar jew id-difiża ta’ talbiet legali;
|
|
(f)
|
it-trasferiment ikun meħtieġ sabiex jiġu protetti l-interessi vitali tas-suġġett tad-data jew ta’ persuni oħra, fejn is-suġġett tad-data ma jkunx fiżikament jew legalment kapaċi li jagħti l-kunsens; jew
|
|
(g)
|
it-trasferiment isir minn reġistru li skont il-liġi tal-Unjoni huwa intenzjonat biex jipprovdi informazzjoni lill-pubbliku u li huwa miftuħ għall-konsultazzjoni jew mill-pubbliku inġenerali inkella minn kwalunkwe persuna li tista’ turi interess leġittimu, iżda biss safejn jiġu ssodisfati fil-każ partikolari l-kundizzjonijiet stipulati fil-liġi tal-Unjoni għall-konsultazzjoni.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 21.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1725
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|