3. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkun responsabbli għas-sorveljanza u għall-iżgurar tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u ta’ kwalunkwe att ieħor tal-Unjoni relatat mal-protezzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali minn istituzzjoni jew minn korp tal-Unjoni, u għar-rakkomandazzjoni ta’ istituzzjonijiet u ta’ korpi tal-Unjoni u tas-suġġetti tad-data fil-materji kollha li jikkonċernaw l-ipproċessar ta’ data personali. Għal dak l-għan, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jissodisfa l-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 57 u jeżerċita s-setgħat mogħtijin fl-Artikolu 58.