+Artikolu 54 Regolamenti u kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tad-dmirijiet tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, il-persunal u r-riżorsi finanzjarji
---+Artikolu 54 1
---+Artikolu 54 2
---+Artikolu 54 3
---+Artikolu 54 4
---+Artikolu 54 5
---+Artikolu 54 6

Artikolu 54 Regolamenti u kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tad-dmirijiet tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, il-persunal u r-riżorsi finanzjarji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 54 1

1.   Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jitqies ekwivalenti għal imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tad-determinazzjoni tar-remunerazzjoni, tal-gratifiki, tal-pensjoni tal-irtirar u ta’ kwalunkwe benefiċċju ieħor minflok remunerazzjoni.

Artikolu 54 2

2.   L-awtorità tal-baġit għandha tiżgura li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jiġi pprovdut bir-riżorsi umani u finanzjarji neċessarji sabiex iwettaq dmirijietu.

Artikolu 54 3

3.   Il-baġit tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jintwera f’intestatura tal-baġit separata fit-taqsima rigward in-nefqa amministrattiva tal-baġit ġenerali tal-Unjoni.

Artikolu 54 4

4.   Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkun assistit minn segretarjat. L-uffiċjali u membri oħrajn tal-persunal tas-segretarjat għandhom jinħatru mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u s-superjur ġerarkiku tagħhom għandu jkun il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Għandhom ikunu soġġetti għad-direzzjoni tiegħu b’mod esklużiv. L-għadd tagħhom għandu jiġi deċiż kull sena bħala parti mill-proċedura baġitarja. L-Artikolu 75(2) tar-Regolament (UE) 2016/679 għandu japplika għall-persunal tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data involut fit-twettiq tal-kompiti mogħtija lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data mil-liġi tal-Unjoni.

Artikolu 54 5

5.   L-uffiċjali u l-membri l-oħrajn tal-persunal tas-segretarjat tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom ikunu soġġetti għar-regoli u għar-regolamenti applikabbli għal uffiċjali u għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni.

Artikolu 54 6

6.   Is-sede tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkun fi Brussell.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 21.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1725
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.