+Artikolu 57 Kompiti
---+Artikolu 57 1
---+Artikolu 57 2
---+Artikolu 57 3
---+Artikolu 57 4

Artikolu 57 Kompiti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 57 1

1.   Mingħajr ħsara għal kompiti oħrajn stabbiliti skont dan ir-Regolament, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu:

(a)

jissorvelja u jinforza l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament minn istituzzjonijiet u minn korpi tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-ipproċessar ta’ data personali mill-Qorti tal-Ġustizzja li taġixxi fil-kapaċità ġudizzjarja tagħha;

(b)

jippromwovi s-sensibilizzazzjoni u l-għarfien tal-pubbliku dwar ir-riskji, ir-regoli, is-salvagwardji u d-drittijiet b’rabta mal-ipproċessar. L-attivitajiet indirizzati speċifikament lejn il-minorenni għandhom jingħataw attenzjoni speċifika;

(c)

jippromwovi s-sensibilizzazzjoni tal-kontrolluri u l-proċessuri għall-obbligi tagħhom taħt dan ir-Regolament;

(d)

fuq talba, jipprovdi informazzjoni lil kwalunkwe suġġett tad-data dwar l-eżerċitar tad-drittijiet tiegħu skont dan ir-Regolament u, jekk xieraq, jikkoopera mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għal dak il-għan;

(e)

jittratta lmenti mressqa minn suġġett tad-data, jew minn korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni f’konformità mal-Artikolu 67, u jinvestiga, safejn ikun xieraq, is-suġġett tal-ilment u jinforma lill-ilmentatur dwar il-progress u l-eżitu tal-investigazzjoni f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, b’mod partikolari jekk tkun meħtieġa aktar investigazzjoni jew koordinazzjoni ma’ awtorità superviżorja oħra;

(f)

iwettaq investigazzjonijiet dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż abbażi ta’ informazzjoni li tasallu minn awtorità superviżorja jew awtorità pubblika oħra;

(g)

jagħti pariri, fuq inizjattiva tiegħu jew fuq talba, lill-istituzzjonijiet u lill-korpi kollha tal-Unjoni dwar miżuri leġiżlattivi u amministrattivi relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali;

(h)

jissorvelja żviluppi rilevanti, sakemm dawn ikollhom impatt fuq il-protezzjoni tad-data personali, b’mod partikolari l-iżvilupp ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni;

(i)

jadotta l-klawżoli kuntrattwali standard imsemmija fl-Artikolu 29(8) u fil-punt (c) tal-Artikolu 48(2);

(j)

jistabbilixxi u jżomm lista b’rabta mar-rekwiżit għal valutazzjoni tal-impatt dwar il-protezzjoni tad-data skont l-Artikolu 39(4);

(k)

jieħu sehem fl-attivitajiet tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data;

(l)

jipprovdi s-segretarjat għall-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, skont l-Artikolu 75 tar-Regolament (UE) 2016/679;

(m)

jagħti pariri dwar l-ipproċessar imsemmi fl-Artikolu 40(2);

(n)

jawtorizza l-klawżoli u d-dispożizzjonijiet kuntrattwali msemmija fl-Artikolu 48(3);

(o)

iżomm reġistru intern tal-ksur ta’ dan ir-Regolament u tal-miżuri meħuda skont l-Artikolu 58(2);

(p)

iwettaq kwalunkwe kompitu ieħor b’rabta mal-protezzjoni tad-data personali; u

(q)

jistabbilixxi r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu.

Artikolu 57 2

2.   Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiffaċilita l-preżentazzjoni ta’ lmenti msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1 b’formola għas-sottomissjoni tal-ilmenti li tista’ timtela wkoll b’mod elettroniku, mingħajr ma jiġu esklużi mezzi oħra ta’ komunikazzjoni.

Artikolu 57 3

3.   It-twettiq tal-kompiti tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkun mingħajr ħlas għas-suġġett tad-data.

Artikolu 57 4

4.   F’każ li t-talbiet ikunu manifestament bla bażi jew eċċessivi, b’mod partikolari minħabba n-natura ripetittiva tagħhom, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jista’ jirrifjuta li jaġixxi fuq it-talba. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jerfa’ r-responsabbiltà li juri n-natura manifestament bla bażi jew eċċessiva tat-talba.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 21.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1725
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.